Artist
Lapes u Nadine

Kompożitur
Claude Agius, Nadine Chircop u Edward Abela

Awtur
Claude Agius u Nadine Chircop

Glorja Lilek
GLORJA LILEK
Sinopsi
Il-kanzunetta qed tagħti ġieħ lil Malta u tgħid li jixraqilha aħjar minn hekk għal minn xiex għaddiet fil-passat biex waslet s’hawn. Il-Lapes u Nadine qed jinterpretaw lill Malta bħala t-tifla tagħhom u jgħidu li jipproteġuha akkost ta’ kollox. Jinstemgħu l-elementi materni fil-kitba kif ukoll fl-interpretazzjoni ta' Nadine, u fil-vuċi protettiva u paterna fl-interpretazzjoni tal-Lapes.
Bijografiji
Lapes u Nadine - Artisti u Awturi
Lapes u Nadine ilhom ja]dmu flimkien mis-sena 2013 u hadu sehem f'diversi attivitajiet muzikali. Fost dawn l-avvenimenti nsibu l-Beerfest, Malta's Got Talent, X Factor, EarthGarden, u Notte Bianca, fost diversi kunċerti oħra. Dawn żviluppaw ċertu dinamika u kuntrast u flimkien iġibu stil li hawn Malta m'hawnx bħalu. Il-Lapes iġib is-saħħa, il-messaġġ, u vuċi maskili u dominanti. Nadine għandha vuċi mimlijja emozzjoni u tħalli timbru li jibqa' f'moħħok, il-femminità tagħha tispikka qalb l-onestà tagħha. Il-kompatabilita' tagħhom issaħħet maż-żmien u bl-esperjenza li qattaw flimkien fuq il-palk. Id' f'id jirrapreżentaw pakkett komplut li wassalhom anka li jiġu it-tieni f'X Factor fl-2024. Il-lirika hija miktuba mill-Lapes fejn jidħol rap u ritmu, u minn Nadine fejn tidħol il-meoldija. B' hekk it-tnejn li huma joħorġu l-espressjoni minn qalbhom u jkunu kapaċi jpinġu pittura artistika u moderna li tirrifletti r-realtà ta' madwarna.
Edward Abela - Kompożitur
Edward Abela, magħruf aħjar bħala Midnight, huwa kompożitur, produttur, arranġatur, u awtur b’aktar minn 15-il sena esperjenza fl-industrija kreattiva tal-mużika. Wara li tgħallem, żviluppa u rfina l-professjoni tiegħu f’Londra, Edward ġie lura Malta fil-2021 u f’qasir żmien stabbilixxa The Midnight Studio, bħala xempju ta’ mużika tal-akbar kalibru. Edward kien attiv ferm f’ħafna oqsma artistiċi. Ikkompona mużika għall-films li dehru f’avvenimenti prestiġjużi bħall-Cannes Film Festival. Il-mużika tal-produzzjonijiet tiegħu hija magħrufa sew minn pubblikaturi ewlenin, fosthom Warner u Universal. Il-mużika dehret ukoll f’programmi bħal 'Batman: Bad Blood' ta’ DC Comics u l-programmi ta’ fama mondjali MasterChef . Ħadem m’artisti rinomati bħal Sarah Bonnici, Lapes u Nadine, Megan May, Kurt Calleja, Kevin Paul, Joe Roscoe, Matthew James, The Busker, Janvil, Mike Spiteri, Shaun Farrugia, Aidan, u kantanti oħrajn barranin. Dan l-aħħar, Edward ipproduċa u ikkollabora mal-ħbieb tiegħu Joe Roscoe u Kevin Paul fil-kitba ta' 'Same Old Story' (2024) u 'Mieghek Jien' (2025) ma’ Kevin Paul. Din is-sena, Edward rebaħ Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza bid-diska 'Ħajjitna' bħala kompożitur.