Artist
Jasmine

Kompożitur
Glen Vella

Awtur
Philip Vella

Artist
Jasmine

Kompożitur
Glen Vella

Awtur
Philip Vella
Nistaqsi
NISTAQSI
Sinopsi
Il-kanzunetta qed titkellem fuq persuna li għaddiet minn ħafna tlajja u nżul li ssarrfu f’diżappunti matul ħajjitha, u allura qed tistaqsi u tiddubita x’jista’ jkun hemm fl-orizzont. Iżda taf ukoll li l-ħajja għallmitha tkun fiduċjuża fiha nnifisha għax tgħallmet mill-esperjenzi li għaddiet minnhom, u ppreparatha għall-isfidi tal-futur.
Bijografiji
Jasmine - Artist u Kompożitur
Jasmine twieldet fit-22 ta’ Jannar 1999, u sa minn età żgħira sabet il-vuċi tagħha fil-kant u fil-kitba. Il-vjaġġ professjonali tagħha beda fuq programm televiżiv li fetaħ il-bieb għal opportunitajiet li kabbru l-istil u l-preżenza tagħha fuq il-palk. Minn hemm 'il quddiem, il-passjoni tagħha li taqsam l-emozzjoni permezz tal-mużika saret aktar b’saħħitha. Fost il-mumenti ewlenin tal-karriera tagħha hemm CHOGM 2015, fejn kantat waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ quddiem ir-Reġina Eliżabetta II, il-Eurovision 2016 u 2018, Rockestra 2016, kif ukoll produzzjonijiet nazzjonali bħall-50 Sena ta’ Mużika Maltija, Djamanti Mużikali u Valletta 2018. Hija ħadet sehem ukoll fit-tieni staġun tal-X Factor Malta, Mużika Mużika 2023 (fejn ikklassifikat fit-tielet post) u 2025, kif ukoll f’ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Malta fl-Istati Uniti, l-Eġittu u l-Awstralja. Jasmine ħadet sehem ukoll fil-Malta Film Awards 2022 u 2024, id-Dubai Expo 2020 u bosta avvenimenti prestiġjużi oħra. Illum, Jasmine tibqa’ tafferma ruħha bħala artista li tħalli marka f’kull proġett li tieħu sehem fih.
Glen Vella - Kompożitur
Kantant, kompożitur, u għalliem tal-vuċi, Glen beda l-karriera tiegħu fl-età ta’ tlettax-il sena. Glen Studja l-vuċi u l-pjanu. Ħa sehem f’diversi spettakli nazzjonali u internazzjonali u llum huwa mużiċist stabbilit f’pajjiżna fejn ta’ sikwiet jagħti kunċerti u wirjiet mużikali. F’2011, Glen irrappreżenta 'l pajjiżna fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘One Life’ u fis-sena 2021 kiseb l-ewwel post tal-festival kanzunetta Maltija Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘Ħarsa Biss’. Fil-festivals imsemmija, ta’ kull sena kkompona diversi siltiet għall-kantanti Maltin u fost il-kanzunetti oriġinali ta’ Glen, insibu l-kanuznetta ‘Lest Ngħix Biss Għalik’ u ‘Tagħna 2’. Glen rebaħ it-titlu tal-aqwa kantant u l-aqwa music video ta’ ‘One Life’ fil-Malta Music Awards u ġie inawgurat il-FIDOF award għal tliet darbiet. Fost spettakli oħra, Glen kien is-solista fl-ispettaklu 'Elfejn u Tmintax', is-sinfonija korali li tnediet fil-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 2018, u fl-2022 kellu l-oppportunità jieħu sehem fl-ispettaklu imtella' f’Dubai fic-ċelebrazzjoni ta’ Jum Malta waqt id-Dubai World Expo.
Philip Vella - Awtur
Huwa meqjus bħala wieħed mill-kantawturi ewlenin f’pajjiżna, kif ukoll bħala l-awtur ta' diversi kanżunetti li għamlu suċċess f’ħafna mill-festivals ewlenin f’pajjiżna. Magħruf bħala awtur ghall-kanżunetta li rebħet il-Festival tal-Kanżunetta Maltija bl-isem ta' 'Min Jaf Għalfejn' u iktar riċenti l-Festival ta’ L-Għanja tal-Poplu bil-kanżunetta 'Il-Verità'. Aktar riċenti nieda l-ħames kollezzjoni ta’ kanzunetti tiegħu, bl-isem '60+' li għal ħafna minnhom kiteb kemm il-mużika kif ukoll il-lirika għalihom. Kanżunetti bħal 'Ġenna u Infern' u 'Għalfejn Tħobbni Daqshekk' li laħqu wkoll il-quċċata tal-Klassifika tal-Maltin. Kiseb ukoll it-tielet post bil-kanzunetta 'M'Hawnx Bħalek' fil-festival Mużika Mużika 2023.