top of page

Artist

Lara & The Jukeboys

Kompożitur

Lara & The Jukeboys u Matthew James

Awtur

Lara & The Jukeboys, u Matthew James

Artist

Lara & The Jukeboys

Kompożitur

Lara & The Jukeboys u Matthew James

Awtur

Lara & The Jukeboys, u Matthew James

Indur Għalik

INDUR GĦALIK

Sinopsi

‘Indur Għalik' hija kanzunetta li tiċċelebra dawk ir-relazzjonijiet li jagħtu kulur lill-ħajja. Il-kanzunetta titkellem fuq dik il persuna li ddur għaliha f’mumenti sbieħ kif ukoll dik il-persuna li tkun raġġ ta’ dawl f’mumenti diffiċli. Meta wieħed isib lil xi ħadd ma' min jista’ jaqsam dawn il-mumenti, il-ħajja tieħu tifsira differenti, u l-kanzunetta  tiċċelebra dan.

Bijografiji

Lara & The Jukeboys - Artisti, Kompożituri, u Awturi

Qabel kollox, ‘Lara & the Jukeboys’ huwa grupp ta’ ħbieb, b’passjoni komuni għall-mużika, li fih jingħaqdu Lara, Gian, Antonio u Jean-Luc. Fil-qafas tiegħu, il-grupp hu wieħed enerġetiku u spontanju, li mill-2017, ilu jgħix fl-avventura li hija l-mużika live. Il-ħoss kollettiv tal-grupp jibqa’ jevolvi magħtul is-snin, b'ispirazzjoni mil-generi soul, pop, rock, u funk. Lara & The Jukeboys kienu parti minn bosta avvenimenti inkluż numru ta’ festivals rinomati, kunċerti u festini madwar Malta u Għawdex. Fl-2022, ħabbru l-ewwel minn sensiela ta’ mużika oriġinali, fejn kompliet tevolvi l-kreattivita’ tal-grupp. Il-festival Mużika Mużika se jkun parti mil-fażi li jmiss għall-grupp, hekk kif wasal iż-żmien li jaqsmu dak li ilu jsir wara l-kwinti.

Matthew James - Kompożitur u Awtur

Matthew James huwa kantawtur u produttur tal-Mużika li ilu fix-xena lokali għal dawn l-aħħar għoxrin sena. Kien il-frontman tal-grupp Red Electric u fl-aħħar tmin snin, bena karriera bħala solista. Apparti d-diski li ħareġ bħala artist solista, Matthew ħadem ma' bosta artisti lokali u għenhom jilħqu l-quċċata tal-klassifiċi lokali. Matthew huwa wkoll sid Upper Room Studio, studio lokali tal-produzzjoni mużikali.

AĦBARIJIET

bottom of page