top of page

Artist

Marija Bellia

Kompożitur

Marija Bellia, Iona Dalli u Peter Borg

Awtur

Marija Bellia

Artist

Marija Bellia

Kompożitur

Marija Bellia, Iona Dalli u Peter Borg

Awtur

Marija Bellia

Ħej Siri

ĦEJ SIRI

Sinopsi

Il-kanzunetta tindirizza numru ta’ mistoqsijiet lil Siri, simbolu għat-teknoloġija li llum il-ġurnata ssibha dejjem hemm biex tirrispondik. Tul il-kanzunetta, il-mistoqsijiet jiżviluppaw minn uħud sempliċi u ta’ kuljum għal oħrajn aktar profondi illi Siri m’għandux it-tweġiba għalihom, fosthom il-mistoqsija dwar għaliex ngħixu, u kif u meta se mmutu.

Bijografiji

Marija Bellia - Artista, Kompożitriċi u Awtriċi

Marija Bellia hija kantawtriċi ta’ 22 sena mill-Gudja. Twieldet fl-20 ta’ Mejju 2003, iggradwat b’Baċellerat fil-Malti (Unuri) u l-Mużika, u bħalissa qed tistudja biex issir għalliema tal-Malti. Marija magħrufa għall-fatt li bħala artista tlaqqa’ l-passjoni tagħha għall-Malti u għall-mużika flimkien. Barra li tikteb u tkanta, Marija ddoqq il-pjanu u l-kitarra, u taħdem fuq il-produzzjoni mużikali. Il-kanzunetti tagħha spirati kemm minn esperjenzi personali kif ukoll minn dawk soċjali. Fl-2021, kitbet u kkomponiet il-kanzunetta 'Nann!' flimkien ma’ Iona Dalli għall-Għanja tal-Poplu, festival tal-kanzunetti bil-Malti. Fl-2022, kisbet it-tieni post fl-istess festival bil-kanzunetta 'Ismi', li rebħet ukoll il-premju għall-Aħjar Kantawtriċi. Marija ħadet sehem ukoll f’żewġ staġuni ta’ X Factor Malta, fejn uriet il-versatilità tagħha bħala artista. Tħobb tesperimenta b’interpretazzjonijiet ġodda ta’ kanzunetti magħrufin, speċjalment permezz ta’ versi rap, kif għamlet fil-kanzunetti 'Bad Romance' u 'L-Aħħar Bidwi', li baqgħet magħrufa għaliha. Waħda mill-aktar kanzunetti riċenti tagħha hija 'Nixtieq Kont Banana', li ġibdet l-attenzjoni ta’ eluf ta’ nies fuq il-mezzi soċjali.

Iona Dalli - Kompożitriċi

Iona Dalli hija kantanta, għalliema tal-kant u anke tal-primarja. Twieldet fil-11 ta’ Marzu 1994 u trabbiet il-Gudja. Bdiet it-taħriġ fil-kant mill-età ta’ tliet snin u ħadet sehem f’diversi kompetizzjonijiet lokali. Fl-età ta' 7 snin irrappreżentat lil Malta fiċ-Ċina fejn interpretat il-kanzunetta popolari Maltija ‘Viva Malta’ biċ-Ċiniż. Tul is-snin tħarrġet fil-mużika, il-kant u l-arti performattiva kemm hawn Malta, kif ukoll barra. Fl-2011, Iona fetħet l-istudio tagħha stess, Future Voices Studio. Illum il-ġurnata, f’dan l-istess studio tgħallem il-kant, tirrekordja u tipproduċi l-mużika. Iona tmexxi wkoll il-kor Future Voices li hu magħmul minn tfal u żgħażagħ u rrappreżenta lil Malta diversi drabi barra minn xtutna. Fl-2021, ikkomponiet il-kanzunetta 'Nann!' flimkien ma’ Marija Bellia għall-Għanja tal-Poplu. Fl-2022. Ikkomponiet ukoll 'Ismi' flimkien ma’ Marija, li kisbet it-tieni post fl-istess festival. Kanzunetti oħra li pproduċiet u kienet involuta fil-kompożizzjoni tagħhom huma 'Għażiż Milied', kantata minnha stess flimkien ma’ Marija Bellia u Future Voices, u 'Nixtieq Kont Banana'.

Peter Borg - Kompożitur

Peter Borg huwa mużiċist professjonali b’aktar minn 10 snin esperjenza fl-industrija tal-mużika. Illum il-ġurnata, bħala l-fundatur ta’ Railway Studios, Peter Borg stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aktar professjonisti prominenti f’Malta. Fi ħdan l-istudio, ħadem m’uħud mill-aqwa talenti fil-pajjiż, inkluż Kurt Calleja, li flimkien miegħu u Aleandro Spiteri Monseigneur ikkompona ‘Bla Tarf’, il-kanzunetta rebbieħa ta’ Mużika Mużika 2022. L-aktar proġett li hu kburi bih huwa Red Electric, il-grupp li tiegħu huwa fundatur. Matul dan l-aħħar deċenju, rebħu diversi trofej, apparti li wasslu xogħolhom mal-erbat irjieħ tad-dinja, u kantaw fuq l-istess pjattaformi ma' Rod Steward, Joseph Calleja, Anastasia, Tori Kelly, Echosmith, u Jason Derulo, fost l-oħrajn. Fl-2023, Peter ġie iffirmat bħala kompożitur u awtur ma’ Reservoir Media; kumpanija rinomata għall-ippubblikar tal-kanzunetta bbażżati f’Londra, New York u anke Nashville. Huma risponsabbli mill-immanniġjar tal-mużika t’uħud mill-aqwa artisti mondjali.

AĦBARIJIET

bottom of page