Artist
Daniel Cauchi
.png)
Kompożitur
Daniel Cauchi, Chris Gatt, u Robert Spiteri

Awtur
Michael Spagnol

Niftakarna
NIFTAKARNA
Sinopsi
'Niftakarna' hi rakkont intimu dwar il-memorja u ż-żmien. Mhix nostalġija. Imma album ritratti ta’ waqtiet żgħar u komuni mhedda mit-tifkira li ftit ftit qed tiċċajpar. Kull mument, żgħir kemm hu żgħir, isir speċjali għax jankra realtà li qed tiżgiċċa u jipprova jaqbadha qabel ma tgħosfor. Qisu qatt m’għadda ż-żmien. Qisu ma ġara xejn.
Bijografiji
Daniel Cauchi - Artist u Kompożitur
Daniel Cauchi huwa mużiċist, kompożitur, direttur mużikali u direttur artistiku ta’ diversi produzzjonijiet, fosthom 'Minn Pjazza għal Pjazza', 'Kelma Kelma Nota Nota', 'Kuraġġ', u 's-Sena Reġjonali tal-Kultura'. Huwa l-fundatur ta’ Big Band Brothers u The Box – a creative arts space. Għandu tliet albums b’kanzunetti bil-Malti u, bħala perkussjonista, ħadem ma’ numru ta’ orkestri internazzjonali. Mis-sena d-dieħla se jkun wieħed mid-diretturi artistiċi ta’ Notte Bianca.
Chris Gatt - Kompożitur
Chris Gatt huwa kompożitur, produttur u multistrumentalist attiv fix-xena mużikali kontemporanja. Ix-xogħol riċenti tiegħu jinkludi l-produzzjoni ta’ 'Stajna Konna Aħna', il-kanzunetta rebbieħa ta’ Mużika Mużika 2025, u l-parteċipazzjoni tiegħu bħala session-musician f’varjetà ta’ proġetti fl-istudio u live. Jipparteċipa regolarment bħala pjanist u kitarrist f’kunċerti, sessjonijiet ta’ recording, u produzzjonijiet ta’ mużika tat-teatru, u jgħallem il-Mużika lil studenti ta’ livelli differenti. Huwa wkoll parti mill-band Auntie’s Yellow Sofa, u jieħu ħsieb il-kompożizzjoni u l-produzzjoni tal-grupp. Għandu Baċellerat fil-Mużika mill-Università ta’ Malta u hu attiv f’diversi proġetti mużikali kollaborattivi.
Robert Spiteri - Kompożitur
Robert Spiteri huwa mużiċist li ilu attiv fix-xena mużikali f’Malta għal aktar minn 20 sena. Kien involut bħala drummer f’bands bħal Relikc, Fire, Beige u Red Electric, u llum idoqq ma’ diversi artisti lokali, fosthom Big Band Brothers, Tribali, Ira Losco, Shaun Farrugia u Matthew James. Ix-xogħol li jagħmel jinkludi live performances f’diversi kunċerti u musicals, xogħol ta’ recording ta’ kanzunetti u albums, u session-work. Robert jifforma parti mit-tim tal-għalliema tal-mużika f’The Box - a creative arts space, fejn ilu jgħallem iktar minn 10 snin.
Michael Spagnol - Awtur
Michael Spagnol huwa professur tal-Lingwistika l-Università ta’ Malta. Jagħmel riċerka dwar it-terminoloġija, id-djaletti, u l-grammatika tal-Malti. Jieħu sehem f’konferenzi internazzjonali u jippubblika studji f’għadd ta’ kotba u rivisti akkademiċi. Kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti u l-Kap tal-Kumitat tat-Terminoloġija fi ħdan il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Huwa l-editur ta’ 'Riċerkaturi', u l-koeditur ta’ 'Qabelxejn' u tas-sensiela 'Dizzjunarji Speċjalizzati'. Michael imexxi l-paġna 'Kelma Kelma' u hu wieħed mill-organizzaturi ta’ 'Kelma Kelma Nota Nota'.