top of page

Artist

Kristy Spiteri

Kompożitur

Philip Vella

Awtur

Joe Julian Farrugia

Artist

Kristy Spiteri

Kompożitur

Philip Vella

Awtur

Joe Julian Farrugia

Lilek Sibt

LILEK SIBT

Sinopsi

Meta l-ħajja saret iebsa wisq biex nerfagħha waħdi, sibt lilek. Meta ntlift fid-dlam u ma kontx naf fejn se naqbad nagħti rasi u tlift kull ħjiel ta’ tama, sibt lilek. Bla ma kont naf, kull pass li kelli nagħmel fid-dlam, kien hemm int bla qatt ma ndunajt. Għalkemm kont beżgħana, int dejjem kont fil-qrib biex il-passi tiegħi jkunu siguri u fis-sod, għalkemm qatt ma kont naf bik tant fil-viċin. Din hi l-imħabba tassew. M’għandi bżonn xejn aktar la sirt naf li int dejjem qribi. U la sirt naf dan kollu, issa ċert li ħadd ma jħobbni daqsek … żgur. Tħobbni kif jien, bla ma tipprova tibdilni biex nakkomoda lilek, u ta’ dan jien grata għax fik … u fik biss, sibt il-ferħ li dejjem xtaqt.

Bijografiji

Kristy Spiteri - Artista

Kristy Spiteri hija kantanta żagħżugħa u artista li qiegħda tielgħa b’pass mgħaġġel fix-xena mużikali Maltija. Fl-aħħar sena, uriet il-kapaċità tal-vuċi u l-prestazzjoni tagħha fil-Malta Eurovision Song Contest fejn waslet sal-finali u spiċċat fit-tieni post, kisba li ġabet magħha attenzjoni u apprezzament kbir mill-pubbliku. Minkejja l-età tagħha, Kristy għandha vuċi qawwija u stil uniku li jinħallu b’mod naturali fil-mużika li toħloq. Minbarra l-kant, hija wkoll sassafonista b’talent, u filfatt, għandha widna mużikali li tagħmilha kapaċi tinterpreta u toħloq melodiji b’mod spontanju u espressiv. Il-passjoni tagħha għall-mużika bdiet minn età żgħira u kompliet tikber hekk kif bdiet tieħu sehem f’kompetizzjonijiet, festivals, u proġetti mużikali differenti. Kristy hi magħrufa għall-karattru pożittiv tagħha, id-dedikazzjoni tagħha, u għall-arti u l-abilità tagħha li tmiss lill-pubbliku b’messaġġi sinċieri u emozzjonijiet profondi. Hija determinata li tkompli tikber, tesplora u tħalli marka fuq il-mużika Maltija u lil hinn, sabiex tippromwovi dak kollu li għandha x’toffri din il-gżira tagħna.

Philip Vella - Kompożitur

Minn eta’ tenera, Philip tgħallem idoqq il-kitarra u ma tantx dam ma beda jinteressa ruħu jikteb xi kanzunetta. Infatti, spiċċa biex kiteb diversi kanzunetti għal diversi artisti Maltin, b’involviment kemm fil-produzzjoni kif ukoll fir-recordings ta’ ħafna mill-albums ewlenin li ħarġu f’pajjiżna. Għaldaqstant, illum il-ġurnata, Philip huwa meqjus bħala wieħed mill-kompożituri ewlenin f’pajjiżna. Rebaħ diversi kompetizzjonijiet mużikali b’materjal li huwa kkompona, fosthom: Mużika Mużika, il-Malta Eurovision Song Contest; Festival tal-Kanzunetta Maltija; u L-Għanja tal-Poplu. Kiseb riżultati prestiġjużi fosthom it-tieni post fil-Eurovision fis-sena 2002 bil-kanzunetta '7th Wonder'. Ha sehem b’suċċess f’ħafna festivals barra minn xtutna fejn kiseb riżultati prestiġjużi fosthom fi Franza, l-Olanda, it-Turkija, il-Bulgarija, l-Islovenja, il-Belgju, u oħrajn. Philip iħobb ħafna lil raħal twelidu, il-Mellieħa, u fuq inizzjattiva tal-Kunsill Lokali kiteb żewġ musicals fosthom: 'El Mellaħa' u aktar riċenti, 'Naħal tal-Imħabba'.

Joe Julian Farrugia - Awtur

Joe Julian Farrugia huwa kittieb u xandar. Fis-snin disgħin beda jieħu sehem fil-festivals nazzjonali b’mod regolari. Rebaħ għadd ta’ festivals lokali fosthom il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija 2013 u Mużika Mużika 2021 u 2023. Fost festivals internazzjonali, rebaħ darbtejn il-Festival Internazzjonali Discovery li jsir fil-Bulgarija u l-Festival Ti Amo tar-Rumanija ħames darbiet. Kiteb xogħolijiet għall-palk fosthom produzzjonijiet soċjali, ballata, pantomimi u musicals bħal 'Caravaggio The Musical'. Kiteb il-Kor Sinfoniku 'Elfejn u Tmintax' għall-ftuħ tal-Valletta 2018, u 'Malta: The Place To Be' - mini-musical li rrappreżenta lil Malta fl-Expo ta’ Dubai. Ħareġ ħames kotba: erba’ b’bijografiji ta’ personaġġi Maltin 'Għamlu Isem' u r-rumanz 'Strada Stretta'. Beda fix-xandir fuq ir-radju fl-1993. Wara żmien qaleb għat-televiżjoni billi pproduċa u kiteb diversi programmi. Fost oħrajn, kien producer u kiteb il-maġġoranza tal-episodji ta’ 'Bijografiji'. Kiteb ukoll għadd ta’ episodji tad-drama għat-televiżjoni fosthom 'Simpatiċi' u 'Il-Prinċipal', kif ukoll poemi għat-televiżjoni u r-radju. Illum ixandar il-programm għar-radju 'Joe Julian Filgħodu'.

AĦBARIJIET

bottom of page