top of page

Artist

Nikki Vella u Mark Tonna

Kompożitur

Ray Agius

Awtur

Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber

Twarrabnix

TWARRABNIX

Sinopsi

'Twarrabnix' hija karba li l-lingwa Maltija, ippersonifikata bħala 'omm', qed tagħmel bl-ikbar imħabba u għożża lil uliedha.  Kull omm ikollha tama u ħolm kbir li tħaddan lil uliedha u lil dak kollu li  jagħmilhom u jiddistingwihom minn ħaddieħor. Iżda fir-realtà tal-ħajja tal-lum, ma damitx ma ntebħet li s-soċjetà ta’ madwarha setgħet fasslet mod ieħor, għax kellha lingwi oħra lesti għal uliedha. Minn hawn ommna, il-lingwa, tfakkarna fuq il-ħtieġa li nindukraw dak kollu li jiddistingwina minn popli oħra, fuq quddiem il-lingwa tagħna li tagħżilna minn ġnus oħra. Dan għax jekk ninġarru mal-kurrent u nħallu li jitnaqqar dal-wirt, se nispiċċaw inħallsu prezz qares.

Bijografiji

Nikki Vella u Mark Tonna - Artisti

Nikki bdiet il-karriera tagħha fil-mużika meta kellha disa’ snin, meta bdiet tkanta fil-kor tal-knisja parrokkjali ta’ Gwardamanġa. L-interess tagħha fil-mużika klassika kien beda ħafna qabel, u waħda mill-ewwel memorji tagħha hija li kienet titla’ fuq siġġu biex tilħaq il-longplayer tal-ġenituri tagħha u ddawwar l-LPs tal-opri. Matul il-karriera tagħha, Nikki kienet parti minn diversi korijiet bħall-Kor Nazzjonali u l-Amadeus Chamber Choir, kemm bħala korista kif ukoll bħala solista. Hija ħadmet ukoll fuq il-palk f’diversi musicals f’rwoli ewlenin, fosthom The Sound of Music, Nunsense 1 & 2, Fame, The Secret Garden, Phantom of the Opera, u The Addams Family Musical. Nikki hija miżżewġa lil Adrian u flimkien għandhom żewġt itfal: Jack u Amelia.

Mark Tonna beda l-karriera mużikali tiegħu meta kellu ħdax-il sena, meta flimkien ma’ sħabu tal-iskola ffurmaw kor u grupp bil-kitarri biex idoqq u jkantaw waqt il-quddiesa. Minn hemm, Mark ingħaqad ma’ diversi gruppi tal-mużika rock sakemm fl-1993 iddeċieda li jibda bħala solista. Matul il-karriera tiegħu, ħa sehem f’diversi musicals ta’ produzzjoni lokali, kemm Maltin kif ukoll barranin. Barra minn hekk, kiteb mużika u lirika għal musicals Maltin. Fl-1996 ħareġ l-ewwel album tiegħu bl-isem Before My Eyes. Huwa ħa sehem ukoll f’diversi festivals fosthom Kanzunetta għall-Ewropa, Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija, L-Għanja tal-Poplu u Festival Kanzunetta Indipendenza, fejn kiseb riżultati eċċellenti. It-talent tiegħu wasslu jkantaw lil hinn minn xtutna f’bosta pajjiżi, fosthom l-Italja, Dubai, it-Tuneżija, ir-Renju Unit, il-Bulgarija, it-Turkija, l-Awstrija, Spanja, il-Ġermanja, l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada.

Ray Agius - Kompożitur

Ray Agius ilu attiv fix-xena mużikali Maltija sa mill-bidu tas-snin sebgħin. Matul il-karriera tiegħu pparteċipa b’suċċess f’diversi festivals kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna, fosthom fil-Ġappun, Ċile, l-Eġittu, it-Turkija, it-Tuneżija, l-Irlanda, Bratislava, ir-Rumanija, il-Każakistan, l-Awstralja u l-Kanada. Ray rebaħ diversi unuri u premjijiet, fosthom il-Best Composer Award fil-Voice of Asia International Song Festival fil-Każakistan fl-1998, u l-Lifetime Achievement Award fil-MegaHit Mediterranean Song Festival f’Antalja, it-Turkija, fl-2003. Huwa rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-Irlanda fl-1995 bil-kanzunetta Keep Me in Mind u fl-1997 bil-kanzunetta Let Me Fly, fejn fiż-żewġ okkażjonijiet idderieġa wkoll l-orkestra. Kien onorat bħala L-Aħjar Kompożitur fil-Malta Music Awards fl-1995 u fl-1997. Fost il-kanzunetti popolari tiegħu, ħafna minnhom f’kollaborazzjoni mal-awtur Alfred C. Sant, insibu L-Ewwel Tfajla li Ħabbejt, Dak Kien Żmien, Fjura fil-Kantina, Fejn Tħobb il-Qalb u Sal-Aħħar. Ray għandu għal qalbu wkoll il-mużika jazz. Riċentement irreġistra u nieda long-playing vinyl album bl-isem Supernova, b’kompożizzjonijiet oriġinali tiegħu fl-istil jazz, li ġie ppreżentat waqt il-Jazz Assemblea wara kunċert li sar fi Spazju Kreattiv f’Novembru 2025.

Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber - Awturi

Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa ilhom jiktbu drammi u lirika bil-Malti għall-istazzjonijiet televiżivi għal dawn l-aħħar dsatax-il sena. Dan jagħmluh b’passjoni kbira, imħeġġa mix-xewqa li jkomplu jżommu ħaj l-ilsien sabiħ tagħna, il-Malti. Huwa l-ilsien tagħna, flimkien mat-tradizzjonijiet u l-kultura tagħna, li jagħżilna minn pajjiżi oħra u jagħtina l-identità tagħna bħala nazzjon. Kemm Evelyn kif ukoll Michael għandhom għal qalbhom ħafna l-ilsien Malti u għaldaqstant iħossu li, bħalma għamlu missirijietna, għandhom ikomplu jaħdmu biex il-Malti jibqa’ jissaħħaħ u jitkattar. Il-kitba ta’ scripts bil-Malti hija parti mill-ħajja ta’ kuljum tagħhom, u jaħdmu bla waqfien biex jippromwovu u jiċċelebraw b’mod konkret il-lingwa Maltija. Il-kanzunetta li kitbu, “Twarrabnix”, tirrifletti b’mod ċar dan it-twemmin: li bħala poplu għandna nieħdu ħsieb u nħobbu l-lingwa tagħna, speċjalment meta, bħalma seħħ fil-passat, il-Malti jerġa’ jsib ruħu mhedded minn ilsna oħra. Huma jemmnu li l-lingwa tagħna għandha tibqa’ dejjem fil-quċċata: kburija, ħajja, u tħabbat fil-qlub tal-poplu tagħna.

AĦBARIJIET

bottom of page