top of page

Artist

Nathan Psaila

Kompożitur

Cyprian Cassar

Awtur

Lon Kirkop

Artist

Nathan Psaila

Kompożitur

Cyprian Cassar

Awtur

Lon Kirkop

L-Aħħar Jum

L-AĦĦAR JUM

Sinopsi

Din il-kanzunetta titkellem dwar imħabba profonda li tibqa’ tissaħħaħ minkejja l-inċertezzi tal-ħajja. Hi riflessjoni ta’ kif fil-ħajja kollox jirrepeti ruħu, u kif persuna jista’ dejjem isib il-kuntentizza fil-persuna li jħobb. Il-kanzunetta toħloq sensazzjoni ta’ intimità u vulnerabbiltà, fejn kull strofa tħallat il-biża’ mat-tama bħala riflessjoni tal-ħajja vera.

Bijografiji

Nathan Psaila - Artist

Nathan Psaila hu artist u kantawtur ta’ 20 sena, li beda jieħu lezzjonijiet tal-kant mill-età żgħira ta' 10 snin. L-espożizzjoni tiegħu fuq it-televiżjoni lokali tinkludi varjetà ta' dehriet fi programmi differenti, u kompetizzjonijiet mużikali lokali u barranin bħal Riga Symphony fil-Latvja u The Future of Nations fl-Italja. Wieħed mill-ewwel kisbiet ta' Nathan kien fl-2021, meta laħaq il-finali tal-programm televiżiv lokali The Entertainers u kklassifika fit-tielet post. Fl-istess sena, huwa għamel parti mit-tielet edizzjoni ta' X'Factor Malta fejn wasal sal-fażi tal-Judges Houses. Matul dawn l-aħħar tliet snin, Nathan għamel parti mil-Malta Eurovision Song Contest fejn ikkwalifika bħala Finalist għal-tliet darbiet konsekuttivi; fl-2023 bil-kanzunetta 'Creeping Walls' , fl-2024 bil-kanzunetta 'Ghost', u fl-2025 bil-kanzunetta 'Concrete'. Apparti minn hekk, fl-2024 Nathan ikkwalifika bħala Finalist fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta 'Xi Mkien Ieħor'. Matul is-sajf li għadda, Nathan ħareġ żewġ kanzunetta ġodda fuq lirika u kompożizzjoni tiegħu stess li jġibu l-isem ta’ 'So Good' u 'Down'. Dawn iż-żewġ kanzunetti ikklassifikaw mal-aqwa 10 tal-Klassifika tal-Maltin.

Cyprian Cassar - Kompożitur

Cyprian Cassar huwa produttur tal-mużika, kompożitur, u pjanista Malti magħruf għall-istil atmosferiku tiegħu u għall-produzzjonijiet immexxija mill-emozzjoni. Matul is-snin, sar figura rispettata fix-xena mużikali lokali, fejn ikkollabora ma’ artisti lokali, ħadem fuq kunċerti ewlenin, u sawwar il-ħoss tal-mużika pop u elettronika Maltija moderna. Bħala kontributur konsistenti għal Mużika Mużika, Cyprian kien involut f’diversi edizzjonijiet tal-festival ewlieni tal-kitba tal-kanzunetti ta’ Malta, fejn ħadem ma’ artisti differenti bħala kompożitur, produttur, u direttur mużikali. L-arranġamenti u x-xogħol ta’ produzzjoni tiegħu kellhom sehem f’diversi prestazzjonijiet memorabbli fuq il-palk ta’ Mużika Mużika, u għenu biex jelevaw kanzunetti li jikkombinaw il-liriċiżmu Malti etern mal-identità mużikali moderna. Cyprian rebaħ Mużika Mużika ma’ Maxine Pace u ġie wkoll fit-tieni post darbtejn ma’ Lisa u Drakard u Brooke Borg.

Lon Kirkop - Awtur

Lon Kirkop hu artist, kittieb, kantawtur, preżentatur, u produttur tat-televiżjoni ta’ erbgħa u tletin sena. F’ħafna mix-xogħol artistiku tiegħu, Lon jesplora dixxiplini differenti, fosthom, l-arti viżiva tal-printmaking, il-lingwa Maltija, il-mużika, kif ukoll l-arti performattiva. Fl-2019 rebaħ l-aqwa kitba waqt it-tieni edizzjoni ta’ The Cospicua Short Play Festival bid-dramm 'Elektra', filwaqt li fl-2020 rebaħ il-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Aġenzija Żgħażagħ bir-rumanz 'Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules' li ġie ppubblikat minn Merlin Publishers. Fl-2022 ippubblika t-tieni ktieb tiegħu ma’ Merlin Publishers bl-isem ta’ 'Fil-Ħajja li Jmiss u Drammi Oħra tat-Triq'. Fl-2022 Lon rebaħ is-46 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu bħala awtur u kompożitur bil-kanzunetta 'Fil-Kexxun'. Fl-edizzjoni tal-2023 tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, Lon rebaħ il-kategorija tad-drammi bil-ktieb, 'Fil-Ħajja li Jmiss u Drammi Oħra tat-Triq', kif ukoll rebaħ il-premju prestiġjuż tal-Aħjar Awtur Emerġenti. Lon kiteb il-lirika tal-kanzunetta 'Stilla Ċkejkna' li irrapreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2024.

AĦBARIJIET

bottom of page