top of page

Artist

Jessica ft. J Joy

Kompożitur

Glen Vella

Awtur

Philip Vella

Artist

Jessica ft. J Joy

Kompożitur

Glen Vella

Awtur

Philip Vella

Sensazzjoni

SENSAZZJONI

Sinopsi

Mitlufa fl-imħabba, mitlufa f’estasi ta’ emozzjonijiet, li nħossom biss meta tkun qribi. L-imħabba vera għandha effett straordinarju fuq il-moħħ tal-bniedem li l-ebda emozzjoni oħra ma tagħtik l-istess sensazzjoni, tista’ tbiddlek, f’ewforija ta’ pozittività, fejn ma tibqax tintgħaraf.

Bijografiji

Jessica u J Joy - Artisti

Jessica wriet passjoni bikrija għall-mużika, b’interess fil-kant sa minn tliet snin. Matul it-tfulija tagħha, ħadet sehem f’kompetizzjonijiet televiżivi bħal 'Let Me Entertain You' u 'Don’t Stop Me Now'. Fl-2023, kienet finalista fil-MESC bil-kanzunetta bil-Malti 'Tagħna Tnejn', u fl-2025 kienet finalista fil-Għanja tal-Poplu bid-diska 'Qalbi'. Din is-sena, Jessica kantat ukoll mal-Armata ta’ Malta fil-Palazz tal-President, esperjenza prestiġjuża li żiedet mal-karriera tagħha. Jessica kienet ukoll tippreżenta programm tar-radju fuq stazzjon tal-banda, fejn setgħet taqsam il-passjoni tagħha għall-mużika ma’ udjenzi differenti. Bħalissa, hija kantanta residenti f’numru ta’ postijiet prestiġjużi madwar Malta, fejn tkompli tispira lill-udjenzi bil-vuċi u l-enerġija tagħha. Il-passjoni tagħha għall-kant tibqa’ l-forza ewlenija wara kull suċċess u tipprovdi l-mutur kreattiv li jgħinha tkompli tikber fil-karriera mużikali tagħha.

Il-karriera ta’ J Joy bdiet fl-1997 wara li ġie skopert minn Daniel Reginiano. Minn dakinhar, huwa ta ħoss versatili lil diversi dancefloors f’Malta u madwar id-dinja u kiseb status leġġendarju f’Malta, bis-segwaċi internazzjonali dejjem jikbru. J Joy qasam il-palk ma’ ismijiet kbar bħal Coldplay, Faithless, Snoop Dogg, 50 Cent, AC/DC, Madonna, The Prodigy, Tiësto, Armin van Buuren, Calvin Harris, Afrojack, Paul Oakenfold, Carl Cox, Artbat, u ħafna oħrajn. J Joy għandu taħlita enerġetika ta’ mużika house, progressive, indie dance, trance, u melodic techno li wasslitu għal sets f’festivals u clubs prestiġjużi bħal Creamfields, Exit, Seadance, Summerdaze, Isle of MTV, ADE, Ministry of Sound, Amnesia, u Café Mambo. Id-diskografija tiegħu tinkludi kollaborazzjonijiet ma’ vokalisti bħal Christina Novelli, Marcella Woods, u Jan Johnston, kif ukoll ħruġ fuq labels bħal Armada u CR2. JJoy jibqa’ jġib enerġija pożittiva fuq id-dancefloors kemm f’Malta kif ukoll madwar id-dinja, kull fejn imur.

Glen Vella - Kompożitur

Kantant, kompożitur, u għalliem tal-vuċi, Glen beda l-karriera tiegħu fl-età ta’ tlettax-il sena. Glen Studja l-vuċi u l-pjanu. Ħa sehem f’diversi spettakli nazzjonali u internazzjonali u llum huwa mużiċist stabbilit f’pajjiżna fejn ta’ sikwiet jagħti kunċerti u wirjiet mużikali. F’2011, Glen irrappreżenta 'l pajjiżna fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘One Life’ u fis-sena 2021 kiseb l-ewwel post tal-festival kanzunetta Maltija Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘Ħarsa Biss’. Fil-festivals imsemmija,  ta’ kull sena kkompona diversi siltiet għall-kantanti Maltin u fost il-kanzunetti oriġinali ta’ Glen, insibu l-kanuznetta ‘Lest Ngħix Biss Għalik’ u ‘Tagħna 2’. Glen rebaħ it-titlu tal-aqwa kantant u l-aqwa music video ta’ ‘One Life’ fil-Malta Music Awards u ġie inawgurat il-FIDOF award għal tliet darbiet. Fost spettakli oħra, Glen kien is-solista fl-ispettaklu 'Elfejn u Tmintax', is-sinfonija korali li tnediet fil-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 2018, u fl-2022 kellu l-oppportunità jieħu sehem fl-ispettaklu imtella' f’Dubai fic-ċelebrazzjoni ta’ Jum Malta waqt id-Dubai World Expo.

Philip Vella - Awtur

Huwa meqjus bħala wieħed mill-kantawturi ewlenin f’pajjiżna, kif ukoll bħala l-awtur ta' diversi kanżunetti li għamlu suċċess f’ħafna mill-festivals ewlenin f’pajjiżna. Magħruf bħala awtur ghall-kanżunetta  li rebħet il-Festival tal-Kanżunetta Maltija bl-isem ta' 'Min Jaf Għalfejn' u iktar riċenti l-Festival ta’ L-Għanja tal-Poplu bil-kanżunetta 'Il-Verità'. Aktar riċenti nieda l-ħames kollezzjoni ta’ kanzunetti tiegħu, bl-isem '60+' li għal ħafna minnhom kiteb kemm il-mużika kif ukoll il-lirika għalihom. Kanżunetti bħal 'Ġenna u Infern' u 'Għalfejn Tħobbni Daqshekk' li laħqu wkoll il-quċċata tal-Klassifika tal-Maltin. Kiseb ukoll it-tielet post bil-kanzunetta 'M'Hawnx Bħalek' fil-festival Mużika Mużika 2023.

AĦBARIJIET

bottom of page