top of page

Artist

Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri

Kompożitur

Mark Spiteri Lucas

Awtur

Emil Calleja Bayliss

Artist

Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri

Kompożitur

Mark Spiteri Lucas

Awtur

Emil Calleja Bayliss

Jekk Forsi

JEKK FORSI

Sinopsi

'Jekk Forsi' hija riflessjoni poetika fuq il-fidi, it-tama, u l-imħabba bħala forzi li jmexxu lill-bniedem lejn il-ġid u l-paċi interjuri. Bil-messaġġ tagħha mimli tenerezza u għaqal, il-poeżija tħeġġeġ lill-qarrej biex jara s-sbuħija fil-ħajja ta’ kuljum; fix-xemx, fix-xita, fil-ħolm, u fil-bniedem stess. Tgħidilna li bil-paċenzja u l-imħabba, kollox isib it-tmiem tiegħu u kull diffikultà tista’ tgħaddi. Il-versi jirrepetu t-tama li xi darba kull persuna ssib lilha nfisha, temmen fil-futur u terġa’ ssib dak li hu divin. Fl-aħħar mill-aħħar, hija sejħa biex inħarsu 'l quddiem b’serenità, nitgħallmu nħobbu u nibqgħu nemmnu li, permezz tal-imħabba, nistgħu ngħixu l-isbaħ jiem.

Bijografiji

Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri - Artisti

Mark Spiteri Lucas ġej minn familja mużikali u beda jistudja l-pjanu fl-età ta’ seba’ snin, sakemm kiseb id-diploma A.L.C.M. Huwa kompożitur, mużiċist, arranġatur, u produttur magħruf li ħadem ma’ bosta artisti lokali u barranin. Fl-2021 għamel ir-ritorn tiegħu bħala kantant fl-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika bil-kanzunetta 'Lil Binti', segwita minn 'Qalb ta’ Qalbi', u 'Skuri U Ċari', li kollha kisbu apprezzament mill-pubbliku.

Debbie Scerri rebħet il-Malta Song for Europe fl-1997 bil-kanzunetta 'Let Me Fly', u rrappreżentat b’suċċess lil Malta fil-Eurovision, fejn ikklassifikat fl-ewwel għaxar postijiet. Il-karriera tagħha fetħet bibien għal diversi esperjenzi barra minn xtutna. Hemm hi kellha l-opportunità twassal il-mużika tagħha f’pajjiżi bħall-Awstralja, il-Kanada, u Ċipru. Ħadmet f’diversi produzzjonijiet mal-aqwa kumpaniji f’pajjiżna, kif ukoll bħala preżentatriċi. Hija wkoll waħda mill-ftit artisti li dehru darbtejn fil-Lejla tal-Klassiċi ta’ Mużika Mużika.

Fl-2023, Mark u Debbie interpretaw 'Meravilja', li klassifikat fit-tieni post fl-Għanja tal-Poplu, u riċentement ippreżentaw 'Kanvas' fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2025.

Mark Spiteri Lucas - Kompożitur

Mark twieled fit-22 ta’ Ġunju 1977. Huwa ġej minn familja mużikali u midħla sew tal-ispettaklu li pproduċiet mużiċisti u kantanti, bħalma huma Oscar Lucas, John Charles Lucas, Godwin u David Lucas, kif ukoll Joe Cutajar. Beda jistudja l-pjanu fl-età ta’ seba’ snin, sakemm kiseb id-diploma tal-mużika A.L.C.M u ta’ tlettax-il sena beda jdoqq il-pjanu f’diversi lukandi u avvenimenti varji. Għal diversi snin kien ukoll jifforma parti mill-orkestra tas-surmast Joe Brown. Bħala kompożitur ħadem mill-qrib fuq diversi proġetti ma’ diversi mużiċisti u kantanti kemm lokali kif ukoll barranin u pparteċipa f’diversi festivals kemm lokali, u anke lil hinn minn xtutna. Uħud mis-siltiet li kkompona jinkludu, 'She Gives Me Wings' ta’ Klinsmann, 'Fejn Staħbejtli' ta’ Ira Losco, 'Għażiża' ta’ Laura Bruno, 'Lil Binti' li biha ħa sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika, u 'Skuri u Ċari', dwett ma’ Mark Micallef Costa. Huwa għalliem, kompożitur, mużiċist, arranġatur, kantant, u producer televiżiv u teatrali.

Emil Calleja Bayliss - Awtur

Emil kellu x-xorti jippreżenta numru ta’ kanzunetti ġo festivals lokali li fihom kiseb diversi suċċessi li jibqgħu għal qalbu. Emil rebaħ l-ewwel festival tiegħu fl-2014 bil-kanzunetta 'Back To' u minn hemm qatt ma ħares lura. Hu kiseb l-ewwel post fil-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bħala awtur fl-2017 bil-kanzunetta 'Dwell' u fl-2018 bil-kanzunetta 'Ħaġar Qim', filwaqt li fl-2018 rebaħ il-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta 'Mhux Kulma Jleqq Deheb'. Emil kiseb diversi suċċessi fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza fejn fl-2017 rebaħ bil-kanzunetta 'Bħal Fjura', fl-2018 bil-kanzunetta 'Il-Pinna', fl-2021 bil-kanzunetta 'Nifs', u fl-2025 bil-kanzunetta 'Ħajjitna'. Fl-edizzjoni Junior tal-istess konkors, Emil kiseb l-ewwel post fl-2019 bil-kanzunetta 'Burdati', fl-2020 bil-kanzunetta 'Tfixkluniex, Tħawduniex' u fl-2021 bil-kanzunetta 'Marelli Ma'. Tliet kanzunetti miktuba minnu rrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest; fl-2017 'Dawra Tond', fl-2018 'Marchin’ On', u fl-2020 'Chasing Sunsets'. Fl-2024 kien l-awtur rebbieħ ta’ Mużika Mużika permezz tal-kanzunetta 'Mhux Tal-Aħħar' ta’ Maxine Pace, fuq kompożizzjoni ta’ Cyprian Cassar.

AĦBARIJIET

bottom of page