Artist
The Travellers

Kompożitur
Andrew Vella

Awtur
Andrew Vella

Artist
The Travellers

Kompożitur
Andrew Vella

Awtur
Andrew Vella
Poeżija Mingħajr Tmiem
POEŻIJA MINGĦAJR TMIEM
Sinopsi
Mhux faċli tifhem l-imħabba x’inhi eżatt. Jaf li f’xi mumenti l-kunċett tal-imħabba huwa pjuttost astratt. Iżda li hu żgur huwa li f’ħajjitna jiġu mumenti fejn jiddefinixxu l-imħabba x’inhi - forsi b’xi ġest partikolari, bil-kliem f’xi konverżazzjoni, forsi b’xi ittra jew poeżija.
L-imħabba taf tiġi meta ma tkunx qed tistennieha. Taf tirċeviha mingħand uħud li ma tistennihiex mingħandhom. Għalkemm diffiċli tifhem l-imħabba x’inhi eżatt, xħin tesperjenzaha ssir evidenti, bħal qamar kwinta li jdawwal iljieli sħaħ. Huwa f’dak il-mument li jirnexxilek tiddeskrivi l-imħabba fi kliem sempliċi. Dak kollu li kien astratt, f’daqqa waħda jibda’ jidher ċar u tibda’ temmen li l-imħabba vera tista’ tkun dejjiema … bħal poeżija mingħajr tmiem.
Bijografiji
The Travellers - Artisti
The Travellers huma l-grupp mużikali li rnexxielhom jibdlu l-mod ta’ kif il-lingwa Maltija tista’ tidħol fil-mużika pop u joħolqu niċċa relattivament ġdida fix-xena lokali. Bil-ħoss uniku tagħhom, li jgħaqqad strumenti tar-ramm ma’ melodiji moderni u lirika emozzjonali bil-lingwa Maltija, il-band irnexxielha toħloq identità mużikali fil-kamp mużikali Malti. B’kanzunetti popolari bħal 'Xemx u Xita', 'Ersaq fil-Qrib' u 'Ħdejja', The Travellers laħqu suċċess kbir fuq ir-radji lokali u fuq uħud mill-akbar palkijiet madwar Malta u Għawdex. Diversi diski tagħhom żammew l-ewwel post fuq l-istazzjonijiet tar-radju lokali għal sensiela ta’ ġimgħat, filwaqt li l-band rebħet ukoll diversi premji fix-xena mużikali Maltija. The Travellers jibqgħu jħaddnu l-missjoni tagħhom li jippromwovu l-lingwa Maltija billi joħolqu mużika li tispira u tmiss lil kull ġenerazzjoni.
Andrew Vella - Kompożitur u Awtur
Andrew Vella huwa l-awtur u l-kompożitur ta’ 'Poeżija Mingħajr Tmiem'. Imwieled Għawdex fl-1991, tista’ tgħid li Andrew kiber ġol-mużika. Minn età żgħira ħafna wera interess ġenwin li jitgħallem u jesplora ġeneri u strumenti differenti, sakemm fiż-żogħżija tiegħu skopra l-vera imħabba lejn il-kitba. Waqt li fforma parti minn diversi gruppi mużikali f’Għawdex, Andrew kien jikkomponi u jħarrbex il-kliem bla waqfien, għall-ewwel bl-Ingliż, imbagħad bil-Malti. L-imħabba għall-kitba bil-Malti kompliet tiffjorixxi meta fl-2013 ġie mistieden biex jingħaqad ma’ grupp mużikali ġdid bħala kitarrist, bl-għan li tinkiteb mużika oriġinali. Malajr il-grupp evolva biex jibda jipproduċi mużika bil-Malti fejn b’mod naturali, Andrew ġie avdat biex joħloq il-bażi tal-kanzunetti ta’ dan il-grupp ġdid. Il-grupp kompla jevolvi, issemma The Travellers u fl-2016 tnediet l-ewwel biċċa xogħol tagħhom 'Sempliċità'. Bil-popolarità li kisbet dik il-kanzunetta, The Travellers komplew joħorġu kanzunetti bil-Malti b’mod kontinwu għal għaxar snin sħaħ, dejjem fuq kitba u kompożizzjoni ta’ Andrew. Kanzunetti bħal 'Xemx u Xita', 'Ħdejja', 'Ersaq fil-Qrib', 'Ħafi Paċi Kuluri' u ħafna oħrajn ġew milqugħa mill-poplu Malti b’mod organiku, u llum huma sinonimi ma’ The Travellers.