top of page
MM-Logo_edited_edited.png

Artist

ATT

Kompożitur

Philip Vella

Awtur

Philip Vella

Artist

ATT

Kompożitur

Philip Vella

Awtur

Philip Vella

Nifs

NIFS

Ritratti - Mitchell Camilleri

Sinopsi

Bħala bnedmin, nieħdu nifs ta’ arja pura, li għalkemm inviżibbli, hi tant importanti biex iżommna ħajjin. U għalhekk importanti li nieħdu ħsieb l-arja ta’ madwarna biex tibqa’ pura kemm jista jkun. Fil-kanzunetta tintuża n-nifs ta’ arja pura biex titqabbel mal-imħabba. Din ukoll hi inviżżibli, u għanda saħħa inkredibbli. Għandna nibżgħu għaliha u nżommuha pura kemm jista' jkun meta nkunu xxurtjati biżżejjed li nesperjenzawha f’ħajjitna.

Bijografiji

ATT - Artisti

ATT huwa grupp mużikali ta' artisti li twaqqaf bis-saħħa ta' Philip Vella. Philip iltaqa’ ma Sandie, Becky u Sean meta kienu qed jaħdmu fuq produzzjoni teatrali, 'Boċċi, il-Musical' ta’ Teatru Malta. Bħala artisti mix-xena tat-Teatru, il-grupp ATT ġie maħluq biex jgħaqqad id-dinja tal-mużika ma' dik tat-Teatru. Sean, Becky u Sandie ilhom jafu lil xulxin u jaħdmu flimkien għal ħafna snin, imma din hija l-ewwel darba li ġew flimkien biex jippreżentaw lilhom infushom bħala kantanti fil-grupp ATT.

Philip Vella - Kompożitur u Awtur

Minn eta’ tenera, Philip tgħallem idoqq il-kitarra u ma tantx dam ma beda jinteressa ruħu jikteb xi kanzunetta. Infatti, spiċċa biex kiteb diversi kanzunetti għal diversi artisti Maltin, b’involviment kemm fil-produzzjoni kif ukoll fir-recordings ta’ ħafna mill-albums ewlenin li ħarġu f’pajjiżna. Għaldaqstant, illum il-ġurnata, Philip huwa meqjus bħala wieħed mill-kompożituri ewlenin f’pajjiżna. Rebaħ diversi kompetizzjonijiet mużikali b’materjal li huwa kkompona, fosthom: Mużika Mużika, il-Malta Eurovision Song Contest; Festival tal-Kanzunetta Maltija; u L-Għanja tal-Poplu. Kiseb riżultati prestiġjużi fosthom it-tieni post fil-Eurovision fis-sena 2002 bil-kanzunetta '7th Wonder'. Ha sehem b’suċċess f’ħafna festivals barra minn xtutna fejn kiseb riżultati prestiġjużi fosthom fi Franza, l-Olanda, it-Turkija, il-Bulgarija, l-Islovenja, il-Belgju, u oħrajn. Philip iħobb ħafna lil raħal twelidu, il-Mellieħa, u fuq inizzjattiva tal-Kunsill Lokali kiteb żewġ musicals fosthom: 'El Mellaħa' u aktar riċenti, 'Naħal tal-Imħabba'. Huwa meqjus bħala wieħed mill-kantawturi ewlenin f’pajjiżna, kif ukoll bħala l-awtur ta' diversi kanżunetti li għamlu suċċess f’ħafna mill-festivals ewlenin f’pajjiżna. Magħruf bħala awtur ghall-kanżunetta  li rebħet il-Festival tal-Kanżunetta Maltija bl-isem ta' 'Min Jaf Għalfejn' u iktar riċenti l-Festival ta’ L-Għanja tal-Poplu bil-kanżunetta 'Il-Verità'. Aktar riċenti nieda l-ħames kollezzjoni ta’ kanzunetti tiegħu, bl-isem '60+' li għal ħafna minnhom kiteb kemm il-mużika kif ukoll il-lirika għalihom. Kanżunetti bħal 'Ġenna u Infern' u 'Għalfejn Tħobbni Daqshekk' li laħqu wkoll il-quċċata tal-Klassifika tal-Maltin. Kiseb ukoll it-tielet post bil-kanzunetta 'M'Hawnx Bħalek' fil-festival Mużika Mużika 2023.

bottom of page