Artist
MARA

Kompożitur
Philip Vella

Awtur
Joe Julian Farrugia

Artist
MARA

Kompożitur
Philip Vella

Awtur
Joe Julian Farrugia
Avventura
AVVENTURA
Sinopsi
Il-ħajja mhix biss xogħol. Irid ikollna ħin li fih inħossuna ħielsa, nilbsu sabiħ, nirranġaw lilna nfusna mill-aħjar li nistgħu biex nagħtu ħin lilna nfusna. Sabiħ li niltaqgħu mal-ħbieb biex ngħidu kelma u nħallu l-ħidma warajna. Sabiħ li fuq grokk nittrattaw lilna nfusna bl-aħjar mod biex inkunu nafu li qegħdin ngħixu. L-avventuri mhumiex biss ħwejjeġ tat-tfal. Meta nibdew nikbru u r-responsabbiltajiet jikbru, għandhom jikbru wkoll il-ħtiġijiet li jkollna ħin għalina nfusna u nsibu mod kif, imqar għal ftit ħin, naħarbu r-realtà tal-ħajja.
Bijografiji
MARA - Artisti
MARA hu ffurmat minn erba’ nisa: Maria, Annabelle, Ruth u Rachel. Il-grupp iġib l-isem ta’ MARA għal għax il-kantanti huma kollha nisa. Il-moħħ wara dan il-grupp huwa Philip Vella u dan il-grupp deher għall-ewwel darba f’Mużika Mużika 2022 bil-kanzunetta 'Aħjar Hekk Inkella Agħar', fejn ikklassifikaw fir-raba’ post. F’din l-istess sena MARA klassifikaw fit-tielet post fl-Għanja tal-poplu permezz tal-kanzunetta 'Ħelu Manna'. Fis- sena 2023, MARA rritornaw lura fuq il-palk ta’ Mużika Mużika bil-kanzunetta 'Ir-Rota Tibqa’ Ddur'. F’din l-edizzjoni klassifikaw fir-raba’ post. Fis-sena 2024 għal darb’oħra MARA kienu finalisti f’Mużika Mużika, din id-darba bi stil kemmxejn differenti milli mdorrijin nisimgħuhom is-soltu permezz tal-kanzunetta 'Grazzi'. Għal darb’oħra kklassifikaw fir-raba’ post. Fl-aħħar edizzjoni, il-grupp MARA reġa’ wasal sal-finali bil-kanzunetta 'Fuq!', u din is-sena se tkun il-ħames darba li lil dan il-grupp se narawh fil-finali.
Philip Vella - Kompożitur
Minn eta’ tenera, Philip tgħallem idoqq il-kitarra u ma tantx dam ma beda jinteressa ruħu jikteb xi kanzunetta. Infatti, spiċċa biex kiteb diversi kanzunetti għal diversi artisti Maltin, b’involviment kemm fil-produzzjoni kif ukoll fir-recordings ta’ ħafna mill-albums ewlenin li ħarġu f’pajjiżna. Għaldaqstant, illum il-ġurnata, Philip huwa meqjus bħala wieħed mill-kompożituri ewlenin f’pajjiżna. Rebaħ diversi kompetizzjonijiet mużikali b’materjal li huwa kkompona, fosthom: Mużika Mużika, il-Malta Eurovision Song Contest; Festival tal-Kanzunetta Maltija; u L-Għanja tal-Poplu. Kiseb riżultati prestiġjużi fosthom it-tieni post fil-Eurovision fis-sena 2002 bil-kanzunetta '7th Wonder'. Ha sehem b’suċċess f’ħafna festivals barra minn xtutna fejn kiseb riżultati prestiġjużi fosthom fi Franza, l-Olanda, it-Turkija, il-Bulgarija, l-Islovenja, il-Belgju, u oħrajn. Philip iħobb ħafna lil raħal twelidu, il-Mellieħa, u fuq inizzjattiva tal-Kunsill Lokali kiteb żewġ musicals fosthom: 'El Mellaħa' u aktar riċenti, 'Naħal tal-Imħabba'.
Joe Julian Farrugia - Awtur
Joe Julian Farrugia huwa kittieb u xandar. Fis-snin disgħin beda jieħu sehem fil-festivals nazzjonali b’mod regolari. Rebaħ għadd ta’ festivals lokali fosthom il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija 2013 u Mużika Mużika 2021 u 2023. Fost festivals internazzjonali, rebaħ darbtejn il-Festival Internazzjonali Discovery li jsir fil-Bulgarija u l-Festival Ti Amo tar-Rumanija ħames darbiet. Kiteb xogħolijiet għall-palk fosthom produzzjonijiet soċjali, ballata, pantomimi u musicals bħal 'Caravaggio The Musical'. Kiteb il-Kor Sinfoniku 'Elfejn u Tmintax' għall-ftuħ tal-Valletta 2018, u 'Malta: The Place To Be' - mini-musical li rrappreżenta lil Malta fl-Expo ta’ Dubai. Ħareġ ħames kotba: erba’ b’bijografiji ta’ personaġġi Maltin 'Għamlu Isem' u r-rumanz 'Strada Stretta'. Beda fix-xandir fuq ir-radju fl-1993. Wara żmien qaleb għat-televiżjoni billi pproduċa u kiteb diversi programmi. Fost oħrajn, kien producer u kiteb il-maġġoranza tal-episodji ta’ 'Bijografiji'. Kiteb ukoll għadd ta’ episodji tad-drama għat-televiżjoni fosthom 'Simpatiċi' u 'Il-Prinċipal', kif ukoll poemi għat-televiżjoni u r-radju. Illum ixandar il-programm għar-radju 'Joe Julian Filgħodu'.