Artist
Kevin Paul
.png)
Kompożitur
Kevin Paul Calleja, Edward Abela, u Matthew James
.png)
Awtur

Int u Jien
INT U JIEN
Bijografiji
Sinopsi
‘Int u Jien’ hija ċelebrazzjoni ta’ persuna li sabet l-imħabba f’persuna/i oħrajn fis-sempliċità kollha tagħha, li tkun hemm għaliha fit-tajjeb u l-ħażin, u li permezz tagħha lesta taffaċja l-ħajja f’kull mument.
Kevin Paul - Artist, Kompożitur, u Awtur
Kevin Paul huwa artist, kantant simpatiku u ferrieħi, kitarrist u kittieb tad-diski; magħruf għall-enerġija tiegħu fuq il-palk. L-istil tiegħu jgħaqqad pop akustiku ma’ melodiji li tibqa' tiftakar, armoniji vokali u stejjer sinċiera. Il-passjoni tiegħu għall-mużika bdiet fl-iskola sekondarja jdoqq id-drums, u propju fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl kien Fr. Karm Debattista li induna bit-talenti tiegħu u ħeġġu jkompli javvanza. Aktar ’il quddiem, fi grupp ta’ talb, Kevin żviluppa aktar il-kreattività tiegħu. Illum idoqq kemm waħdu kif ukoll mal-banda tiegħu, juża kitarra u stomp box biex joħloq ħoss sħiħ u ħaj. Wettaq aktar minn elf wirja, fosthom tiġijiet, avvenimenti nazzjonali u xows kbar, inkluż il-wirja tiegħu fiż-żwieġ ta’ Delta Goodrem. Daqq ukoll f’Isle of MTV, Rockestra, Beerfest u iċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali tal-Ewwel tas-Sena. Bħala songwriter kiseb suċċess b’kanzunetti bħal 'Same Old Story', rebbieħa tad-Diska tas-Sena 2024, u 'Miegħek Jien', li saret popolari ħafna. Id-diska 'Kieku Nista', magħmula ma’ ħuh Kurt Calleja, saħħet ir-reputazzjoni tiegħu bħala artist li jikteb mill-qalb.
Matthew James - Kompożitur u Awtur
Matthew James huwa kantawtur u produttur tal-Mużika li ilu fix-xena lokali għal dawn l-aħħar għoxrin sena. Kien il-frontman tal-grupp Red Electric u fl-aħħar tmin snin, bena karriera bħala solista. Apparti d-diski li ħareġ bħala artist solista, Matthew ħadem ma' bosta artisti lokali u għenhom jilħqu l-quċċata tal-klassifiċi lokali. Matthew huwa wkoll sid Upper Room Studio, studio lokali tal-produzzjoni mużikali.
Edward Abela - Kompożitur u Awtur
Edward Abela, magħruf aħjar bħala Midnight, huwa kompożitur, produttur, arranġatur, u awtur b’aktar minn 15-il sena esperjenza fl-industrija kreattiva tal-mużika. Wara li tgħallem, żviluppa u rfina l-professjoni tiegħu f’Londra, Edward ġie lura Malta fil-2021 u f’qasir żmien stabbilixxa The Midnight Studio, bħala xempju ta’ mużika tal-akbar kalibru. Edward kien attiv ferm f’ħafna oqsma artistiċi. Ikkompona mużika għall-films li dehru f’avvenimenti prestiġjużi bħall-Cannes Film Festival. Il-mużika tal-produzzjonijiet tiegħu hija magħrufa sew minn pubblikaturi ewlenin, fosthom Warner u Universal. Il-mużika dehret ukoll f’programmi bħal 'Batman: Bad Blood' ta’ DC Comics u l-programmi ta’ fama mondjali MasterChef . Ħadem m’artisti rinomati bħal Sarah Bonnici, Lapes u Nadine, Megan May, Kurt Calleja, Kevin Paul, Joe Roscoe, Matthew James, The Busker, Janvil, Mike Spiteri, Shaun Farrugia, Aidan, u kantanti oħrajn barranin. Dan l-aħħar, Edward ipproduċa u ikkollabora mal-ħbieb tiegħu Joe Roscoe u Kevin Paul fil-kitba ta' 'Same Old Story' (2024) u 'Mieghek Jien' (2025) ma’ Kevin Paul. Din is-sena, Edward rebaħ Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza bid-diska 'Ħajjitna' bħala kompożitur.