top of page
MM-Logo_edited_edited.png

Artist

Jolene Samhan

Kompożitur

Marc Andre Dold

Awtur

Leanne Ellul

Artist

Jolene Samhan

Kompożitur

Marc Andre Dold

Awtur

Leanne Ellul

Fuq Ponot Subgħajja

FUQ PONOT SUBGĦAJJA

Ritratti - Mitchell Camilleri

Sinopsi

'Fuq Ponot Subgħajja' tirrakkonta ġrajja ta’ vulnerabbiltà u skoperta. Tidwi mumenti personali mill-ħajja ta’ Jolene; żminijiet ta’ inċertezza u bidla fil-ħajja ta’ tfajla ta’ ħamsa u għoxrin sena. Żmien li jitlob ħafna kuraġġ ukoll. Ta’ ħamsa u għoxrin, Jolene, issib lilha nnifisha tipprova twieżen min kienet u min se ssir. Il-kanzunetta għalhekk tirrifletti s-sentiment ta’ pawsa waqt li d-dinja tibqa’ għaddejja u l-ħin jinħass li se jiskadi. Permezz tal-metafora ewlenija tal-kanzunetta, kif tidher sa mit-titlu, jiġu espressi t-tensjoni bejn il-biża’ u l-kurżità, il-qsim il-qalb u t-tama. 'Fuq Ponot Subgħajja' sservi ta’ metafora għall-qagħda delikata li titbandal bejn id-dubji u l-possibiltajiet; l-inċertezza sservi bħala xprun.

Bijografiji

Jolene Samhan - Artista

Jolene Samhan hija kantanta Għawdxija b’14-il sena esperjenza fil-mużika. Gradwat mill-Università ta’ Malta b’Master’s fi Strategic Mangement u Marketing Diġitali u ilha tmexxi n-negozju tagħha tal-mużika u l-karriera tagħha bħala solista għal dawn l-aħħar erba’ snin. Il-vjaġġ mużikali ta’ Jolene laħaq diversi tragwardji, iżda llum tinsab f’punt ta’ bidla. Wara perjodu twil ’il bogħod milli toħloq mużika, mill-bidu tal-2024 bdiet vjaġġ personali ħafna hekk kif reġgħet skopriet lilha nnifisha bħala kittieba b’ħoss ġdid indie/folk. Din it-trasformazzjoni ġejja mix-xewqa li tifhem lilha nfisha u toħloq mużika li tkun sinċiera u tirrifletti min hi f’dan il-waqt. Il-parteċipazzjoni tagħha f’Mużika Mużika tifforma parti importanti minn dan il-vjaġġ, u tissimbolizza l-kuraġġ tagħha li mhux sempliċement tibqa’ komda, imma tikber kemm personalment kif ukoll bħala artista.

Marc Dold - Kompożitur

Marc Dold huwa produttur tal-mużika, kompożitur u artist Żvizzeru li ilu jgħix fil-gżira ta’ Għawdex mill-2019. Minn hemmhekk, jikkollabora ma’ artisti madwar id-dinja u ma’ talenti lokali partikolari bħall-kantanta Jolene Samhan. Wara li l-pjan tal-ġenituri tiegħu li jsir vjolinist klassiku falla, Marc skopra l-passjoni tiegħu għall-kitba u l-produzzjoni ta’ kanzunetti. Huwa kiseb Master’s fil-kitarra klassika mill-Università ta’ Zurich, imbagħad mar jgħix l-Istati Uniti, u studja f’Berklee College of Music (fejn rebaħ l-ewwel premju fil-kitba ta’ kanzunetti). Qatta’ 25 sena f’Los Angeles jipproduċi l-mużika. Marc ħadem ma’ artisti bħal Celine Dion, Enya, Peter Gabriel u Nelly Furtado, ipproduċa żewġ #1 Billboard Hits, u kellu l-mużika tiegħu inkluża f’aktar minn 4,000 programm televiżiv u film, inkluż 'Blood Diamond' u 'Little Miss Sunshine'. Illum, huwa jiggwida l-artisti u jippubblika l-mużika tiegħu bl-isem Mawk Phoenix.

Leanne Ellul - Awtriċi

Leanne Ellul tgħallem il-Malti u tiggwida lill-istudenti fl-ewwel passi tagħhom fil-kitba. Tikteb poeżija u proża għat-tfal u għall-kbar. Bdiet il-karriera tagħha tikteb il-lirika (fi żmien li kienet ukoll tkanta). Fil-passat kitbet għat-teatru u għadha tikteb it-textbooks. Ellul traduċiet numru ta’ xogħlijiet għall-Malti. L-ewwel kollezzjoni poetika tagħha jisimha 'L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla' (Merlin Publishers), it-tieni 'Bjuda', u l-aħħar kollezzjoni hija ktejjeb-manifest dwar is-siġar. Iż-żewġ rumanzi għaż-żgħażagħ, 'Gramma' (Merlin Publishers) u 'Be;n il-Kmiem' (Merlin Publishers), rebħu l-Premju Rumanzi għaż-Żgħażagħ. Wieħed mix-xogħlijiet riċenti tagħha huwa dramm għaż-żgħażagħ li ttella’ waqt ŻiguŻajg u ħareġ bħala ktieb elettroniku: 'Sitt Ġrajjiet u Naqra Għala Spiċċajna (Kif Spiċċajna)' (Merlin Publishers). Daqskemm tħobb tikteb il-poeżija, tħobb ukoll twassalha fuq il-palk. Xogħol deher f’numru ta’ ġurnali internazzjonali bħal 'Are We Europe', 'Columbia Journal', 'Modern Poetry in Translation', 'Adda Magazine', u 'European Review of Books'. Ellul tifforma parti minn numru ta’ entitajiet, fosthom Inizjamed u Fondazzjoni HELA.

bottom of page