

Artist
Kapitlu Tlettax, Liston u Ema Vella

Kompożitur
Joseph Mario Calleja, Liston Bongailas, Edward Magri u Cyprian Cassar

Awtur
Joseph Mario Calleja, Liston Bongailas u Emil Calleja Bayliss

Artist
Kapitlu Tlettax, Liston u Ema Vella

Kompożitur
Joseph Mario Calleja, Liston Bongailas, Edward Magri u Cyprian Cassar

Awtur
Joseph Mario Calleja, Liston Bongailas u Emil Calleja Bayliss
Ħsibijiet
Ritratti: Darrin Zammit Lupi
Sinopsi
L-imħabba kumplessa, u kultant wieħed jispiċċa jemmen li ma jistax jgħix mingħajr persuna oħra li xi darba kien iħobb. Minkejja l-kumplessità li teżisti f’kull relazzjoni, wieħed jirrealizza li jekk tkun f’relazzjoni tossika jaqbillek timxi lil hinn minnha u tqum fuq saqajk waħdek. Mhux dejjem faċli u kultant taħseb li qiegħed fix-xifer, iżda mhux il-każ. Trid taħdem biex tfittex il-kuntentizza f’ħajtek!
Bijografiji
Kapitlu Tlettax, Liston u Ema
Artisti
Għal din l-edizzjoni ta’ Mużika Mużika, Kapitlu Tlettax, immexxi mill-artist tal-hip-hop Joseph Mario Calleja, jippreżenta 'Ħsibijiet' – kollaborazzjoni ġdida ma’ Liston u Ema.
Joseph kiseb suċċess ma’ Kapitlu Tlettax b’diversi kanzunetti li ndaqqu b’mod regolari fuq il-mezzi tal-midja soċjali. Din mhijiex l-ewwel darba li l-grupp qed jieħu sehem f’Mużika Mużika, hekk kif kien preżenti f’żewġ edizzjonijiet preċedenti: fl-2022 bil-kanzunetta ‘Ossiġnu’ ma’ Danica Muscat u fl-2023 bil-kanzunetta ‘Wiċċ B’Ieħor’ ma’ Julie Pomorski.
Liston huwa esponent ieħor tal-mużika hip-hop, ħadem ma’ Joseph f’Diċembru tal-2023 fuq il-kanzunetta ‘Nittama Fikom’, segwita minn ‘Malta Tagħna’ f’Ġunju 2024. Huwa stabbilixxa ruħu fix-xena mużikali billi fforma parti mill-grupp Street Elements, li kien fost il-parteċipanti f’Malta’s Got Talent tal-2023.
Ema, kantanta ta’ 20 sena, kisbet fama bħala membru tal-grupp F.A.I.T.H waqt it-tieni staġun ta’ X Factor Malta. Wara li l-grupp sfaxxa, kompliet il-vjaġġ mużikali tagħha bħala solista u ddebutat żewġ kanzunetti, ‘LUV’ u ‘Emmint Fik’, li t-tnejn li huma telgħu fil-klassifika tal-aqwa 20 kanzunetta li qed tindaqq f’Malta.
Joseph Mario Calleja, Liston Bongailas u Edward Magri
Kompożituri
Oriġinarjament, il-grupp Kapitlu Tlettax kien magħmul minn Joseph Mario Calleja u Edward Magri, magħrufa aħjar bħala Joseph ‘Kapitlu’ u Dwardu ‘Ravelle’. Fuq il-bankijiet tal-iskola ddeċidew li l-ġeneru tal-hip hop huwa l-aktar wieħed addatat biex iwasslu dawk il-ħafna ideat li kellhom. Ħadmu fuq diversi kanzunetti, qasmu t-talenti tagħhom f’kompetizzjonijiet bħal L-Għanja tal-Poplu, u kkollaboraw m’artisti ta’ fama lokali fosthom: Janice Mangion, il-HOOLI, Danica Muscat, Julie Pomorski, Maria Christina u wkoll Liston Bongailas. Għal din l-edizzjoni ta’ Mużika Mużika, Liston Bongailas mhux biss ser jingħaqad ma’ Kapitlu Tlettax fuq il-palk, iżda wkoll bħala kompożitur. Liston huwa t-tifel tal-kantawtur Vince Bongailas, u għandu għoxrin sena esperjenza fix-xena tal-mużika hip hop, u kiseb ukoll suċċess waqt Malta’s Got Talent tas-sena 2023.
Cyprian Cassar
Kompożitur
Cyprian Cassar huwa kompożitur, arranġatur u producer li twieled fil-15 ta' Awwissu 1983. Flimkien mal-ħabib kbir tiegħu, Joven Grech, huwa kien parti mid-duo famuż Tenishia, li kiseb fama internazzjonali u kklassifika fost l-aqwa 100 att fid-DJ Mag għal erba’ snin konsekuttivi.
Minn mindu fetaħ l-istudjo personali tiegħu, Cyprian kellu l-opportunità li jaħdem ma' diversi artisti Maltin, fosthom: Janice Mangion, Danica Muscat, Miriana Conte, Maxine Pace, Enya Magri, Gaia Cauchi, u Kevin Paul.








