Artist
Keith Zammit Mintoff
.png)
Kompożitur
Matthew James u Paula Zammit Mintoff
.png)
Awtur
Matthew James u Keith Zammit Mintoff

Artist
Keith Zammit Mintoff
.png)
Kompożitur
Matthew James u Paula Zammit Mintoff
.png)
Awtur
Matthew James u Keith Zammit Mintoff
Id f'Id
ID F'ID
Sinopsi
Id-diska tittratta l-vjaġġ tal-kantant ta’ meta sar papà u l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet li hu esperjenza f’dawk l-ewwel mumenti ta’ bidla f’ħajtu. L-istorja tiffoka wkoll fuq l-element importanti tal-preżenza tal-ġenitur f’ħajjet uliedu u fl-istess waqt l-importanza li l-ġenitur jagħti l-libertà fix-xewqat, fil-ħsibijiet u fl-għażliet li jagħmel il-wild tul ħajtu. Il-kanzunetta tagħlaq billi tesprimi x-xewqa tal-kantant li mhux biss ikollu relazzjoni ta’ missier ma’ ibnu iżda wkoll waħda ta’ bejn żewġt iħbieb. Kemm il-preżenza konsistenti kif ukoll il-libertà huma żewġ elementi importanti li għalkemm jaf jidhru opposti jmorru tajjeb ħafna flimkien ukoll.
Bijografiji
Keith Zammit Mintoff - Artist u Awtur
Keith għandu 35 sena u jaħdem bħala nutar. Huwa beda jkanta minn età żgħira u ta’ 16-il sena beda jesplora l-kant b’mod aktar professjonali billi ingħaqad ma’ band u għal numru ta’ snin kanta f’diversi gigs lokali. Keith ħa sehem ukoll f’numru ta’ musicals u produzzjonijiet teatrali. Flimkien ma’ orkestri varji u anki mal-band tiegħu 'Sleek' li huwa fforma fl-2020, illum il-ġurnata jkanta f’tiġijiet u avvenimenti oħra. Fl-2024 pparteċipa għall-ewwel darba f’Mużika Mużika bid-diska 'Mingħajr Kliem'.
Paula Zammit Mintoff - Kompożitriċi
Paula Zammit Mintoff hija magħrufa iktar bħala attriċi. Ħadet sehem f’numru ta’ produzzjonijiet teatrali, u kienet tifforma parti mit-Teatru Manoel Youth Theatre group, u televiżivi bħal 'Għada Jisbaħ Ukoll' u 'L-Għarusa'. Hi bdiet tistudja l-pjanu ta’ età żgħira kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika u dejjem kellha n-namra għall-kompożizzjoni mużikali.
Matthew James - Kompożitur u Awtur
Matthew James huwa kantawtur u produttur tal-Mużika li ilu fix-xena lokali għal dawn l-aħħar għoxrin sena. Kien il-frontman tal-grupp Red Electric u fl-aħħar tmin snin, bena karriera bħala solista. Apparti d-diski li ħareġ bħala artist solista, Matthew ħadem ma' bosta artisti lokali u għenhom jilħqu l-quċċata tal-klassifiċi lokali. Matthew huwa wkoll sid Upper Room Studio, studio lokali tal-produzzjoni mużikali.