top of page


‘Nistaqsi’ - il-kanzunetta rebbieħa tas-sitt edizzjoni ta’ Mużika Mużika
Anaca Photography Edizzjoni oħra ta’ Mużika Mużika ntemmet b’suċċess, bi tlett iljieli ta’ spettaklu li ċċelebraw il-kanzunetta Maltija fl-aqwa tagħha. Is-sitt edizzjoni tal-festival intrebħet mill-kanzunetta ‘Nistaqsi’ interpretata minn Jasmine, fuq kliem ta’ Philip Vella u mużika ta’ Glen Vella. Fit-tieni post ikklassifikat il-kanzunetta ‘Niftakarna’, b’interpretazzjoni ta’ Daniel Cauchi, lirika ta’ Michael Spagnol u mużika ta’ Daniel Cauchi, Chris Gatt u Robert Spiteri,

Mużika Mużika
3 days ago3 min read


Finali 2026 - Lilek Sibt
Artista: Kristy Spiteri | Kompożitur: Philip Vella | Awtur: Joe Julian Farrugia "Ħadd… ma jħobbni daqsek ħadd ma tlaqtnix fil-qilla tal-imbatt tħobbni hekk, eżatt kif jiena xejn ma tbiddel għal li ġej…" Dwar il-Kanzunetta: Meta l-ħajja saret iebsa wisq biex nerfagħha waħdi, sibt lilek. Meta ntlift fid-dlam u ma kontx naf fejn se naqbad nagħti rasi u tlift kull ħjiel ta’ tama, sibt lilek. Bla ma kont naf, kull pass li kelli nagħmel fid-dlam, kien hemm int bla qatt ma ndunajt.

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Id f'Id
Artist: Keith Zammit Mintoff | Kompożituri: Matthew James u Paula Zammit Mintoff | Awturi: Matthew James u Keith Zammit Mintoff "Oħlom, mur fejn trid jien hawnhekk għalik Inti tnessini r-rutina tal-jum għalik jien nitla’ mal-ogħla rdum ejja ħa noħlom miegħek id f’id" Dwar il-Kanzunetta: Id-diska tittratta l-vjaġġ tal-kantant ta’ meta sar papà u l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet li hu esperjenza f’dawk l-ewwel mumenti ta’ bidla f’ħajtu. L-istorja tiffoka wkoll fuq l-element impo

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Fuq Ponot Subgħajja
Artista: Jolene Samhan | Kompożitur: Marc Andre Dold | Awtriċi: Leanne Ellul “Fuq ponot subgħajja nittawwal għal ġrajja Diġà nofsillejl, u taf li ma rqadt xejn? Il-ħolma bħal ħedla mitluqa f’ħoġri Sa m’għadni qiegħda ngħaqqad it-tamiet" Dwar il-Kanzunetta: 'Fuq Ponot Subgħajja' tirrakkonta ġrajja ta’ vulnerabbiltà u skoperta. Tidwi mumenti personali mill-ħajja ta’ Jolene; żminijiet ta’ inċertezza u bidla fil-ħajja ta’ tfajla ta’ ħamsa u għoxrin sena. Żmien li jitlob ħafna

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Poeżija Mingħajr Tmiem
Artisti: The Travellers | Kompożitur: Andrew Vella | Awtur: Andrew Vella "Hekk kif rajt din is-sbuħija ta’ min int, meta ċ-ċpar mar, jien malajr dlonk fhimt, li ma rridx telf ta’ żmien. Int għalija poeżija mingħajr tmiem." Dwar il-Kanzunetta: Mhux faċli tifhem l-imħabba x’inhi eżatt. Jaf li f’xi mumenti l-kunċett tal-imħabba huwa pjuttost astratt. Iżda li hu żgur huwa li f’ħajjitna jiġu mumenti fejn jiddefinixxu l-imħabba x’inhi - forsi b’xi ġest partikolari, bil-kliem f’xi

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Avventura
Artisti: MARA | Kompożitur: Philip Vella | Awtur: Joe Julian Farrugia “ X’għandna minn did-dinja? għax inkella naqtgħu lura Għala ningħalqu ġewwa? hekk biss jidhrilna li hu sewwa hekk sabiħa l-ħajja Avventura" Dwar il-Kanzunetta: Il-ħajja mhix biss xogħol. Irid ikollna ħin li fih inħossuna ħielsa, nilbsu sabiħ, nirranġaw lilna nfusna mill-aħjar li nistgħu biex nagħtu ħin lilna nfusna. Sabiħ li niltaqgħu mal-ħbieb biex ngħidu kelma u nħallu l-ħidma warajna. Sabiħ li fuq grok

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Sensazzjoni
Artista: Jessica ft. J Joy | Kompożitur: Glen Vella | Awtur: Philip Vella "Qiegħda ngħix fis-sħab, F’ħolma jien ninsab, Il-miraklu sar, qabbadt fija fjamma nar." Dwar il-Kanzunetta: Mitlufa fl-imħabba, mitlufa f’estasi ta’ emozzjonijiet, li nħossom biss meta tkun qribi. L-imħabba vera għandha effett straordinarju fuq il-moħħ tal-bniedem li l-ebda emozzjoni oħra ma tagħtik l-istess sensazzjoni, tista’ tbiddlek, f’ewforija ta’ pozittività, fejn ma tibqax tintgħaraf . Ritratt

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Nistaqsi
Artista: Jasmine | Kompożitur: Glen Vella | Awtur: Philip Vella "Intir ’il fuq, fid-dubju nkun fjamma, fid-dlam jien inkun dawl, jien ngħix fil-libertà, Din verità." Dwar il-Kanzunetta: Il-kanzunetta qed titkellem fuq persuna li għaddiet minn ħafna tlajja u nżul li ssarrfu f’diżappunti matul ħajjitha, u allura qed tistaqsi u tiddubita x’jista’ jkun hemm fl-orizzont. Iżda taf ukoll li l-ħajja għallmitha tkun fiduċjuża fiha nnifisha għax tgħallmet mill-esperjenzi li għaddiet

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Indur Għalik
Artisti: Lara & The Jukeboys | Kompożituri: Lara & The Jukeboys u Matthew James | Awturi: Lara & The Jukeboys u Matthew James "Inti f’qalbi, Iżżomm mar-ritmu m’iniex waħdi mat-taħbit, iżżeffinni u ddawarni Nara d-dinja ta’ madwarna bl-isbaħ ġmiel meta ħdejja tkun" Dwar il-Kanzunetta: ‘Indur Għalik' hija kanzunetta li tiċċelebra dawk ir-relazzjonijiet li jagħtu kulur lill-ħajja. Il-kanzunetta titkellem fuq dik il persuna li ddur għaliha f’mumenti sbieħ kif ukoll dik il-persu

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Glorja Lilek
Artisti: Lapes u Nadine | Kompożituri: Claude Agius, Nadine Chircop, u Edward Abela | Awturi: Claude Agius u Nadine Chircop “Smajt minn taħt l-ilsien L-ilsien Malti ser joħdulek Jiena hawn biex inroddulek Ġieħ jien lilek nagħti" Dwar il-Kanzunetta: Il-kanzunetta qed tagħti ġieħ lil Malta u tgħid li jixraqilha aħjar minn hekk għal minn xiex għaddiet fil-passat biex waslet s’hawn. Il-Lapes u Nadine qed jinterpretaw lill Malta bħala t-tifla tagħhom u jgħidu li jipproteġuha akko

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Niftakarna
Artist: Daniel Cauchi | Kompożituri: Daniel Cauchi, Chris Gatt u Robert Spiteri | Awturi: Michael Spagnol "Ngħannqek jien minn taħt l-ilsien qisu qatt, qatt m’għadda ż-żmien jekk din xortija, jekk din xortik niftakarna jien għalik" Dwar il-Kanzunetta: 'Niftakarna' hi rakkont intimu dwar il-memorja u ż-żmien. Mhix nostalġija. Imma album ritratti ta’ waqtiet żgħar u komuni mhedda mit-tifkira li ftit ftit qed tiċċajpar. Kull mument, żgħir kemm hu żgħir, isir speċjali għax jan

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Nifs
Artisti: ATT | Kompożitur: Philip Vella | Awtur: Philip Vella "Għalkemm inviżibbli, ta’ saħħa inkredibbli, L-istess għalik u għalija, Mogħnija, bik ngħixu flimkien." Dwar il-Kanzunetta: Bħala bnedmin, nieħdu nifs ta’ arja pura, li għalkemm inviżibbli, hi tant importanti biex iżommna ħajjin. U għalhekk importanti li nieħdu ħsieb l-arja ta’ madwarna biex tibqa’ pura kemm jista jkun. Fil-kanzunetta tintuża n-nifs ta’ arja pura biex titqabbel mal-imħabba. Din ukoll hi inviżżib

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Twarrabnix
Artisti: Nikki Vella u Mark Tonna | Kompożitur: Ray Agius | Awturi: Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber "Għalkemm aħna zgħar Għandna l-lingwa tagħna! Għalkemm ftit jifhmuna Indukrani, teqridnix!" Dwar il-Kanzunetta: ' Twarrabnix ' hija karba li l-lingwa Maltija, ippersonifikata bħala 'omm', qed tagħmel bl-ikbar imħabba u għożża lil uliedha. Kull omm ikollha tama u ħolm kbir li tħaddan lil uliedha u lil dak kollu li jagħmilhom u jiddistingwihom minn ħaddieħor. Iżda

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Jekk Forsi
Artisti: Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri | Kompożitur: Mark Spiteri Lucas | Awtur: Emil Calleja Bayliss "Jekk forsi għad xi darba tasal temmen fil-futur kliemna jwennsek b’din l-għożża tagħna żgur li jkun l-unur." Dwar il-Kanzunetta: 'Jekk Forsi' hija riflessjoni poetika fuq il-fidi, it-tama, u l-imħabba bħala forzi li jmexxu lill-bniedem lejn il-ġid u l-paċi interjuri. Bil-messaġġ tagħha mimli tenerezza u għaqal, il-poeżija tħeġġeġ lill-qarrej biex jara s-sbuħija fil-ħa

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Int u Jien
Artist: Kevin Paul | Kompożituri: Kevin Paul Calleja, Edward Abela, u Matthew James | Awturi: Kevin Paul Calleja, Edward Abela u Matthew James "Jekk il-qamar jinżel f’nofsna, Jekk l-istilel jintfew kollha, Jekk ix-xemx tinħeba għal dejjem, Nixgħelu xemgħa int u jien." Dwar il-Kanzunetta: ‘Int u Jien’ hija ċelebrazzjoni ta’ persuna li sabet l-imħabba f’persuna/i oħrajn fis-sempliċità kollha tagħha, li tkun hemm għaliha fit-tajjeb u l-ħażin, u li permezz tagħha lesta taffaċ

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - L-Aħħar Jum
Artist: Nathan Psaila | Kompożitur: Cyprian Cassar | Awtur: Lon Kirkop "Flimkien... Inħarsu fil-bogħod lejn xefaq blu nħallu d-dinja tibqa’ ddur u ddur għax ta’ madwarna jaf jiġi u jmur Imma mhux illum" Dwar il-Kanzunetta: Din il-kanzunetta titkellem dwar imħabba profonda li tibqa’ tissaħħaħ minkejja l-inċertezzi tal-ħajja. Hi riflessjoni ta’ kif fil-ħajja kollox jirrepeti ruħu, u kif persuna jista’ dejjem isib il-kuntentizza fil-persuna li jħobb. Il-kanzunetta toħloq sensa

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Finali 2026 - Ħej Siri
Artista: Marija Bellia | Kompożituri: Marija Bellia, Iona Dalli u Peter Borg | Awtriċi: Marija Bellia "Kull darba li ħsibt li skoprejt lili nnifsi Kont għad ma naf xejn Jekk twelidt biex immut Għidli meta u fejn" Dwar il-Kanzunetta: Il-kanzunetta tindirizza numru ta’ mistoqsijiet lil Siri, simbolu għat-teknoloġija li llum il-ġurnata ssibha dejjem hemm biex tirrispondik. Tul il-kanzunetta, il-mistoqsijiet jiżviluppaw minn uħud sempliċi u ta’ kuljum għal oħrajn aktar profondi

Mużika Mużika
3 days ago1 min read


Serata tal-Klassiċi 2026 - Marija l-Maltija
Ritratt - Darrin Zammit Lupi Interpretazzjoni – The Travellers Malta ma' Sarah Bonnici | Kompożitur – Joe Grech | Awtur – Charles Mifsud | Kantant Oriġinali – Joe Grech 'Marija l-Maltija ' hija kanzunetta klassika ta’ Joe Grech, li kienet irrappreżentat lil Malta fl‑Eurovision Song Contest tal-1971 fl-Irlanda, u kienet l-ewwel kanzunetta li Malta qatt kantat bil-Malti fuq din il-pjattaforma. Il-lirika nkitbet minn Charles Mifsud u l-mużika minn Joe Grech innifsu, u tirrakkon

Mużika Mużika
4 days ago1 min read


Serata tal-Klassiċi 2026 - Is-Saħħara ta' Wied Għafrid
Ritratt - Darrin Zammit Lupi Interpretazzjoni – Marija Bellia ma' MAry Rose Mallia | Kompożitur – Paul Abela | Awtur – Joe Friġġieri | Kantanta Oriġinali – Mary Rose Mallia 'Is‑Saħħara ta’ Wied Għafrid' hija waħda mill‑aktar kanzunetti maħbuba fir‑repertorju ta’ Mary Rose Mallia, waħda mill‑ikoni tal‑mużika Maltija. Din il-kanzunetta kienet ġiet ippreżentatat lura fl-1983 ifil-musical Taħt Tlett Saltniet ta' Ġużè Aquilina . Il-kanzunetta hija waħda mill-favoriti ma’ bosta Ma

Mużika Mużika
4 days ago1 min read


Serata tal-Klassiċi 2026 - Aħn' Aħna Jew M'Aħniex
Ritratt - Darrin Zammit Lupi Interpretazzjoni – Keith Zammit Mintoff ma' Vince Fabri | Kompożitur – Vince Fabri | Awturi – Vince Fabri, Peppi Azzopardi u Joe Saliba | Kantanti Oriġinali – Brown Rice Din il-medley tal-grupp Malti Brown Rice tinkludi kemm il-kanzunetta 'Aħn' Aħna Jew M'Aħniex' , magħrufa bħala s-sigla tal-programm televiżiv satiriku bl-istess isem li kien isir fiż-żmien tmenin, kif ukoll il-kanzunetta popolari mill-istess programm 'Pawlu Pawl' . Dawn iż-żewġ k

Mużika Mużika
4 days ago1 min read


Serata tal-Klassiċi 2026 - Kewkba
Ritratt - Darrin Zammit Lupi Interpretazzjoni – Nathan Psaila ma' Janice Mangion | Kompożitur – Mark Scicluna | Awtur – Emil Calleja Bayliss | Kantanta Oriġinali – Janice Mangion Il-kanzunetta 'Kewkba' kienet oriġinarjament interpretata minn Janice Mangion, lura fl-2017, fejn ipparteċipat fil-Malta Eurovision Song Contest tal‑2017, fejn ikklassifikat fit-tieni post. Din il‑kanzunetta moderna bil‑Malti, miktuba minn Emil Calleja Bayliss u Mark Scicluna, tuża s‑simbolu tal‑“ke

Mużika Mużika
4 days ago1 min read


Serata tal-Klassiċi 2026 - Fejn il-Baħar
Ritratt - Darrin Zammit Lupi Interpretazzjoni – Daniel Cauchi ma' Raquela | Kompożituri – The Characters | Awtur – Kris Spiteri | Kantanti Oriġinali – The Characters 'Fejn il‑Baħar ' hija verżjoni bil‑Malti tal-kanzunetta ta' The Characters 'Down by the Water' . Il-kanzunetta tirrakkonta memorji nostalgġiċi u ta’ żgħożija, fejn il-ħbiberija u l-logħob mal-baħar kienu parti normali mil-ħajja taż-żgħażagħ. Fl-2021 bħala parti mill-Malta International Arts Festival, din il-kanz

Mużika Mużika
4 days ago1 min read


Serata tal-Klassiċi 2026 - Sibtijiet Flimkien
Ritratt - Darrin Zammit Lupi Interpretazzjoni – Jessica Micallef ma' Jessika | Kompożitur – Paul Abela | Awtur – George Peresso | Kantanta Oriġinali – Josette Grech 'Sibtijiet Flimkien' hija kanzunetta interpretata minn Josette Grech, li hi magħrufa l-aktar bħala s-sigla tal-ftuħ tal-programm televiżiv li kien jixxandar ta' kull nhar ta' Sibt, 'Sibtijiet Flimkien' . Dan il-programm kien isir fil-bidu tas-snin 80 u kiem ippreżentat ma' Josette flimkien ma’ Norman Hamilton.

Mużika Mużika
4 days ago1 min read


Serata tal-Klassiċi 2026 - Dak Kien Żmien
Ritratt - Darrin Zammit Lupi Interpretazzjoni – Nikki Vella u Mark Tonna ma' Ludwig Galea | Kompożitur – Ray Agius | Awtur – Alfred C. Sant | Kantant Oriġinali – Joe Cutajar ' Dak Kien Żmien ', hija kanzunetta oriġinarjament interpretata mill-mibki Joe Cutajar. Din il-kanzunetta nostalġika tirrakkonta l-ġrajjiet u l-memorji ta’ żminijiet passati, u pjuttost aktar sempliċi, fejn il-protagonist iħares lura lejn iż-żmien li għadda u s-sbuħija tiegħu permezz ta' melodija melank

Mużika Mużika
4 days ago1 min read

bottom of page

