Finali 2026 - Poeżija Mingħajr Tmiem
- Mużika Mużika

- 3 days ago
- 1 min read
Artisti: The Travellers | Kompożitur: Andrew Vella | Awtur: Andrew Vella
"Hekk kif rajt din is-sbuħija ta’ min int,
meta ċ-ċpar mar, jien malajr dlonk fhimt,
li ma rridx telf ta’ żmien.
Int għalija poeżija mingħajr tmiem."

Dwar il-Kanzunetta:
Mhux faċli tifhem l-imħabba x’inhi eżatt. Jaf li f’xi mumenti l-kunċett tal-imħabba huwa pjuttost astratt. Iżda li hu żgur huwa li f’ħajjitna jiġu mumenti fejn jiddefinixxu l-imħabba x’inhi - forsi b’xi ġest partikolari, bil-kliem f’xi konverżazzjoni, forsi b’xi ittra jew poeżija.
L-imħabba taf tiġi meta ma tkunx qed tistennieha. Taf tirċeviha mingħand uħud li ma tistennihiex mingħandhom. Għalkemm diffiċli tifhem l-imħabba x’inhi eżatt, xħin tesperjenzaha ssir evidenti, bħal qamar kwinta li jdawwal iljieli sħaħ. Huwa f’dak il-mument li jirnexxilek tiddeskrivi l-imħabba fi kliem sempliċi. Dak kollu li kien astratt, f’daqqa waħda jibda’ jidher ċar u tibda’ temmen li l-imħabba vera tista’ tkun dejjiema … bħal poeżija mingħajr tmiem.
Ritratti - Elisa von Brockdorff














Comments