top of page
MM-Logo_edited_edited.png

Mużika Mużika: 30 kanzunetta jgħaddu għall-fażi li jmiss

Writer: Mużika Mużika
Mużika Mużika
3 days ago
1 min read

Updated: 13 hours ago

Ritratt: Elisa von Brockdorff
Ritratt: Elisa von Brockdorff

Festivals Malta tħabbar it-30 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss ta’ Mużika Mużika 2027. Din is-sena, il-festival irċieva 171 sottomissjoni li jinkludu diversi kanzunetti ta’ ġeneri mużikali varji.

 

Waqt l-ewwel fażi ta' preparamenti għas-seba’ edizzjoni ta’ Mużika Mużika, il-kanzunetti sottomessi ġew iġġudikati minn membri tal-ġurija esperta fejn intgħażlu l-aqwa 50 kanzunetta, li minn dawn, ġew magħżula t-30 kanzunetta. Dawn il-kanzunetti se jkunu qed jgħaddu għall-fażi li jmiss, fejn se jiġu interpretati live quddiem ġurija differenti minn dik tal-ewwel fażi. F’din il-fażi, se jintgħażlu s-16-il kanzunetta finalista li se jiġu ppreżentati waqt is-seba’ edizzjoni ta’ Mużika Mużika, li se ssir bejn il-11 u t-13 ta’ Marzu 2027.

 

It-30 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):

 

Fjamma Nar

Ġejja Lura

Għalik *

Għalik **

Għalik ***

Għannaqtek

Ġugarell

Ħobbni

Id f'Id

Ikun xi Jkun

Il-Ħajja hi Film

Imqar għal Ftit

Inħobbok Tassew

Ktieb Miftuħ

Labirint

L-Għanja tas-Skiet

Ma Nafx

Naf

Nagħżel li Ngħix

Narak Illejla  

Nibqa' Ħdejk

Qabel il-Waqt

Qalb tad-Deheb

Qalbek Kbira

Ritratt

Sibna ’l Xulxin

Sinjal

Surreali

Ta' Xulxin ****

Tgħemiża

           

Peress li kien hemm aktar min kanzunetta waħda bl-isem ta’ GĦALIK u TA’ XULXIN, nikkjarifikaw billi insemmu l-isem tal-kompożituri u l-awturi:


Għalik * – Ray Agius u Emil Calleja Bayliss

Għalik ** – Ray Agius u Corazon Mizzi

Għalik *** – Pamela Bezzina

Ta’ Xulxin **** - Klinsmann Coleiro u Joe Julian Farrugia

Comments


bottom of page