top of page
MM-Logo_edited_edited.png

Finali 2026 - Lilek Sibt

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • 3 days ago
  • 1 min read

Artista: Kristy Spiteri | Kompożitur: Philip Vella | Awtur: Joe Julian Farrugia


"Ħadd… ma jħobbni daqsek ħadd

ma tlaqtnix fil-qilla tal-imbatt

tħobbni hekk, eżatt kif jiena

xejn ma tbiddel għal li ġej…"



Dwar il-Kanzunetta: 


Meta l-ħajja saret iebsa wisq biex nerfagħha waħdi, sibt lilek. Meta ntlift fid-dlam u ma kontx naf fejn se naqbad nagħti rasi u tlift kull ħjiel ta’ tama, sibt lilek. Bla ma kont naf, kull pass li kelli nagħmel fid-dlam, kien hemm int bla qatt ma ndunajt. Għalkemm kont beżgħana, int dejjem kont fil-qrib biex il-passi tiegħi jkunu siguri u fis-sod, għalkemm qatt ma kont naf bik tant fil-viċin. Din hi l-imħabba tassew. M’għandi bżonn xejn aktar la sirt naf li int dejjem qribi. U la sirt naf dan kollu, issa ċert li ħadd ma jħobbni daqsek … żgur. Tħobbni kif jien, bla ma tipprova tibdilni biex nakkomoda lilek, u ta’ dan jien grata għax fik … u fik biss, sibt il-ferħ li dejjem xtaqt.


Ritratti - Elisa von Brockdorff




Comments


bottom of page