Finali 2026 - Id f'Id
- Mużika Mużika

- 3 days ago
- 1 min read
Artist: Keith Zammit Mintoff | Kompożituri: Matthew James u Paula Zammit Mintoff | Awturi: Matthew James u Keith Zammit Mintoff
"Oħlom, mur fejn trid
jien hawnhekk għalik
Inti tnessini r-rutina tal-jum
għalik jien nitla’ mal-ogħla rdum
ejja ħa noħlom miegħek id f’id"

Dwar il-Kanzunetta:
Id-diska tittratta l-vjaġġ tal-kantant ta’ meta sar papà u l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet li hu esperjenza f’dawk l-ewwel mumenti ta’ bidla f’ħajtu. L-istorja tiffoka wkoll fuq l-element importanti tal-preżenza tal-ġenitur f’ħajjet uliedu u fl-istess waqt l-importanza li l-ġenitur jagħti l-libertà fix-xewqat, fil-ħsibijiet u fl-għażliet li jagħmel il-wild tul ħajtu. Il-kanzunetta tagħlaq billi tesprimi x-xewqa tal-kantant li mhux biss ikollu relazzjoni ta’ missier ma’ ibnu iżda wkoll waħda ta’ bejn żewġt iħbieb. Kemm il-preżenza konsistenti kif ukoll il-libertà huma żewġ elementi importanti li għalkemm jaf jidhru opposti jmorru tajjeb ħafna flimkien ukoll.
Ritratti - Elisa von Brockdorff














Comments