top of page
MM-Logo_edited_edited.png

Finali 2026 - L-Aħħar Jum

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • 3 days ago
  • 1 min read

Artist: Nathan Psaila | Kompożitur: Cyprian Cassar | Awtur: Lon Kirkop


"Flimkien...

Inħarsu fil-bogħod lejn xefaq blu

nħallu d-dinja tibqa’ ddur u ddur

għax ta’ madwarna jaf jiġi u jmur

Imma mhux illum"



Dwar il-Kanzunetta: 


Din il-kanzunetta titkellem dwar imħabba profonda li tibqa’ tissaħħaħ minkejja l-inċertezzi tal-ħajja. Hi riflessjoni ta’ kif fil-ħajja kollox jirrepeti ruħu, u kif persuna jista’ dejjem isib il-kuntentizza fil-persuna li jħobb. Il-kanzunetta toħloq sensazzjoni ta’ intimità u vulnerabbiltà, fejn kull strofa tħallat il-biża’ mat-tama bħala riflessjoni tal-ħajja vera.


Ritratti - Elisa von Brockdorff



Comments


bottom of page