top of page
MM-Logo_edited_edited.png

Finali 2026 - Niftakarna

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • 3 days ago
  • 1 min read

Artist: Daniel Cauchi | Kompożituri: Daniel Cauchi, Chris Gatt u Robert Spiteri | Awturi: Michael Spagnol


"Ngħannqek jien minn taħt l-ilsien

qisu qatt, qatt m’għadda ż-żmien

jekk din xortija,

jekk din xortik

niftakarna jien għalik"



Dwar il-Kanzunetta: 


'Niftakarna' hi rakkont intimu dwar il-memorja u ż-żmien. Mhix nostalġija. Imma album ritratti ta’ waqtiet żgħar u komuni mhedda mit-tifkira li ftit ftit qed tiċċajpar. Kull mument, żgħir kemm hu żgħir, isir speċjali għax jankra realtà li qed tiżgiċċa u jipprova jaqbadha qabel ma tgħosfor. Qisu qatt m’għadda ż-żmien. Qisu ma ġara xejn.


Ritratti - Elisa von Brockdorff




Comments


bottom of page