top of page
MM-Logo_edited_edited.png

Finali 2026 - Twarrabnix

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • 3 days ago
  • 1 min read

Artisti: Nikki Vella u Mark Tonna | Kompożitur: Ray Agius | Awturi: Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber


"Għalkemm aħna zgħar

Għandna l-lingwa tagħna!

Għalkemm ftit jifhmuna

Indukrani, teqridnix!"



Dwar il-Kanzunetta: 


'Twarrabnix' hija karba li l-lingwa Maltija, ippersonifikata bħala 'omm', qed tagħmel bl-ikbar imħabba u għożża lil uliedha.  Kull omm ikollha tama u ħolm kbir li tħaddan lil uliedha u lil dak kollu li  jagħmilhom u jiddistingwihom minn ħaddieħor. Iżda fir-realtà tal-ħajja tal-lum, ma damitx ma ntebħet li s-soċjetà ta’ madwarha setgħet fasslet mod ieħor, għax kellha lingwi oħra lesti għal uliedha. Minn hawn ommna, il-lingwa, tfakkarna fuq il-ħtieġa li nindukraw dak kollu li jiddistingwina minn popli oħra, fuq quddiem il-lingwa tagħna li tagħżilna minn ġnus oħra. Dan għax jekk ninġarru mal-kurrent u nħallu li jitnaqqar dal-wirt, se nispiċċaw inħallsu prezz qares.



Ritratti - Elisa von Brockdorff




Comments


bottom of page