top of page
MM-Logo_edited_edited.png

Finali 2026 - Fuq Ponot Subgħajja

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • 3 days ago
  • 1 min read

Artista: Jolene Samhan | Kompożitur: Marc Andre Dold | Awtriċi: Leanne Ellul


“Fuq ponot subgħajja nittawwal għal ġrajja

Diġà nofsillejl, u taf li ma rqadt xejn?

Il-ħolma bħal ħedla mitluqa f’ħoġri

Sa m’għadni qiegħda ngħaqqad it-tamiet"



Dwar il-Kanzunetta: 


'Fuq Ponot Subgħajja' tirrakkonta ġrajja ta’ vulnerabbiltà u skoperta. Tidwi mumenti personali mill-ħajja ta’ Jolene; żminijiet ta’ inċertezza u bidla fil-ħajja ta’ tfajla ta’ ħamsa u għoxrin sena. Żmien li jitlob ħafna kuraġġ ukoll. Ta’ ħamsa u għoxrin, Jolene, issib lilha nnifisha tipprova twieżen min kienet u min se ssir. Il-kanzunetta għalhekk tirrifletti s-sentiment ta’ pawsa waqt li d-dinja tibqa’ għaddejja u l-ħin jinħass li se jiskadi. Permezz tal-metafora ewlenija tal-kanzunetta, kif tidher sa mit-titlu, jiġu espressi t-tensjoni bejn il-biża’ u l-kurżità, il-qsim il-qalb u t-tama. 'Fuq Ponot Subgħajja' sservi ta’ metafora għall-qagħda delikata li titbandal bejn id-dubji u l-possibiltajiet; l-inċertezza sservi bħala xprun.


Ritratti - Elisa von Brockdorff




Comments


bottom of page