Finali 2026 - Avventura
- Mużika Mużika

- 3 days ago
- 1 min read
Artisti: MARA | Kompożitur: Philip Vella | Awtur: Joe Julian Farrugia
“X’għandna minn did-dinja?
għax inkella naqtgħu lura
Għala ningħalqu ġewwa?
hekk biss jidhrilna li hu sewwa
hekk sabiħa l-ħajja
Avventura"

Dwar il-Kanzunetta:
Il-ħajja mhix biss xogħol. Irid ikollna ħin li fih inħossuna ħielsa, nilbsu sabiħ, nirranġaw lilna nfusna mill-aħjar li nistgħu biex nagħtu ħin lilna nfusna. Sabiħ li niltaqgħu mal-ħbieb biex ngħidu kelma u nħallu l-ħidma warajna. Sabiħ li fuq grokk nittrattaw lilna nfusna bl-aħjar mod biex inkunu nafu li qegħdin ngħixu. L-avventuri mhumiex biss ħwejjeġ tat-tfal. Meta nibdew nikbru u r-responsabbiltajiet jikbru, għandhom jikbru wkoll il-ħtiġijiet li jkollna ħin għalina nfusna u nsibu mod kif, imqar għal ftit ħin, naħarbu r-realtà tal-ħajja.
Ritratti - Elisa von Brockdorff














Comments