top of page

KEWKBA FEĠĠEJJA

Writer's picture: Mużika MużikaMużika Mużika


Kantant: Gaia Cauchi

Kompożitur: Elton Zarb

Awtur: Stephen Baldacchino


Gaia Cauchi ssaħħarna bil-vuċi tagħha permezz tal-kanzunetta KEWKBA FEĠĠEJJA. Għalkemm lil Gaia ma tantx aħna mdorrijin narawha tkanta bil-lingwa Maltija, din mhux l-ewwel darba għaliha għax għandha diversi kanzunetti bil-Malti.

Il-qalb mat-taħbit tagħha żżomm il-memorja tal-ferħ li ma jmut qatt. Is-sema, l-kwiekeb u r-rakkonti sbieħ joffru l-wens u l-gost dejjiemi. Ma’ dawn, il-waqtiet u t-tifkiriet li ġġib magħha l-mixja taż-żgħożija huma l-mogħdija li jgħinuk tasal fejn tixtieq fil-ħajja. Il-leħħa maġika tal-kwiekeb feġġejja jagħmlu dawn il-waqtiet surreali, uniċi. Il-ħsieb kontinwu, mimli barkiet u r-rakkonti dehbiena jkomplu jħeġġu dan kollu. Bħal donnu kollox ħieni, jasal biex iwasslek fejn tixtieq.


Gaia tgħid li l-kanzunetta nibtet minn esperjenzi kurrenti tal-ħajja li kulħadd xi darba jew oħra jgħaddi minnhom. Għalkemm il-kanzunetta tiddeskrivi dinja surreali u perfetta, hekk hi l-esperjenza taż-żgħożija fil-verità, għaliex toffri vjaġġ mill-isbaħ li bħal kewkba feġġejja ma tieqaf qatt.



Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.


Ritratti: Elisa von Brockdorff

612 views

Comments


bottom of page