top of page
MM-Logo_edited_edited.png
Importanti

  1. Hawn taħt għandek issib id-dikjarazzjonijiet u r-regolamenti.

  2. Dikjarazzjonijiet - Qis li timla waħda għal kull parteċipant. Qis li kull dikjarazzjoni tkun iffirmata.

  3. Regolamenti - Qis li taqrahom sewwa qabel tapplika, jekk tkun teħtieġ kjarifiki kkuntattjana fuq il-paġna ta’ Facebook, jew bl-email fuq info.fm@festivals.mt, jew bit-telefon fuq +356 23347301 u staqsi għat-tim ta’ Mużika Mużika sabiex inkunu nistgħu nigwidawk.

  4. Waqt li tkun qed timla l-applikazzjoni ċċekkja li n-numru tat-telefon u l-email ikunu korretti sabiex ikollna mezz kif nikkuntattjawk.

  5. ​Għal kull kanzunetta li tiġi sottomessa online l-parteċipanti huma obbligati li jinkludu dawn:​​

  • Kopja skannjata tad-dikjarazzjoni ffirmata għal kull kantant/kantanta/grupp, kompożitur/i, awtur/i;

  • Kopja tal-karta tal-identità minn quddiem u minn wara għal kull kantant/kantanta/grupp, kompożitur/i, awtur/i;

  • Mp3 upload bir-recording tal-kanzunetta kif indikat hawn:

    • Track 1 – full recording tal-kanzunetta, li tinkludi main singers u backing vocals;

    • Kopja tal-lirika tal-kanzunetta – format word;

    • Prova ta’ ħlas permezz ta’ trasferiment bankarju (kopja tat-transazzjoni tal-bank). 

 

IMPORTANTI - Fid-dettalji tat-transazzjoni waqt li qed isir il-ħlas online jrid jitniżżel isem il-kanzunetta u isem il-kompożitur bħala referenza tal-ħlas. 

L-applikazzjonijiet jistgħu wkoll jiġu sottomessi dirett fl-uffiċċju ta’ Festivals Malta bejn l-erbgħa u għoxrin (24) u l-ħamsa u għoxrin (25) ta’ Settembru 2026 bejn id-9:00am u l-4:00pm.

 

L-indirizz tal-uffiċċju huwa:

 

Festivals Malta,

Level 1, 13,

Europa Centre,

Triq John Lopez,

il-Furjana. 

Dikjarazzjonijiet

Applika

bottom of page