Lirika
Qum, qum fuq saqajk
Mix-xewk feġġ il-ward
Emmen, mhux tard
Għedt, kemm drabi żbaljajt
Erġajt waqajt
Għax minn ħadd ma smajt
Għalkemm il-ħajja tant sqietek imrar
Beda jiċċara ċ-ċpar
Tissawwar fi bniedem aħjar
Għix il-ħolm bħat-tfal
Insa l-weġgħat
Ittajjar ħellies
F’għoli bla qies
La tibqax beżgħan
Ilsir il-passat
Taf, jiena warajk
U lest nappoġġjak
Iva, lest nappoġġjak
Tlift, ftit wisq irbaħt
Dħalt fi sqaqien
Ingħalqu l-bibieb
Naf li tidher twila t-triq
Tħossok li ma tsitax tfieq
Ngħannqek tassew nixtieq
Għax il-ħolm bħat-tfal
Insa l-weġgħat
Ittajjar ħellies
F’għoli bla qies
Uh-uh-uh-uh-uh-uh
Iva, lest nappoġġjak
O Żmien ħelu kif ħallejtni
Xi kultant ngħid li tradejtni
Qarrajt bija ħrabt bla waqfien
Ħudni lura mhux li kien
Tant ġranet, tgerbbu ljieli
Għalxejn tlabtu jistennieni
Xtaqt narana t-tnejn flimkien
Ħudni lura mhux li kien
Comments