Mużika Mużika 2026: Jitħabbru s-16-il kanzunetta finalista
- Mużika Mużika

- Nov 3
- 2 min read
Is-sitt edizzjoni ta’ Mużika Mużika ser issir bejn id-19 u l-21 ta’ Marzu 2026.

Illum, 3 ta’ Novembru 2025, Festivals Malta ħabbret is-16-il kanzunetta finalista li se jiġu ppreżentati waqt is-sitt edizzjoni ta’ Mużika Mużika. Simili għall-edizzjoni preċedenti, din is-sena dawn is-16-il kanzunetta se jgħaddu direttament għall-finali mingħajr eliminazzjoni.
Fil-fażi ta’ qabel, ġew magħżula 30 kanzunetta permezz ta’ ġurija esperta, fejn ilbieraħ dawn ġew interpretati permezz ta’ live audition quddiem ġurija separata. Wara deliberazzjoni estensiva mill-ġurija ġew magħżula is-16-il kanzunetta finalista fil-preżenza tan-Nutar tal-Gvern.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Frans Agius qal, “Kif dejjem qed naraw sena wara sena, Mużika Mużika qed jattira diversi kantanti, kompożituri, u awturi kemm ġodda u kemm veterani lejh. Kuntenti bil-konkorenza u l-livell għoli ta’ sottomissjonijiet, u ħerqana għas-sitt edizzjoni tal-festival f’Marzu tas-sena d-dieħla. Nawguraw lis-16-il finalist u nirringrazzjaw lil kull min issottometta l-applikazzjoni tiegħu.”
Il-Bord ta’ Mużika Mużika flimkien mat-tim ta’ Festivals Malta se jgħaddi għall-fażi li jmiss, fejn issa jibdew bi sħiħ il-preparamenti loġistiċi, inkluż l-arranġamenti mużikali għall-festival li se jsir bejn id-19 u l-21 ta’ Marzu 2026.
Il-kanzunetti finalisti huma dawn (f'ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):
Kanzunetta | Artist/i | Kompożitur/i | Awtur/i |
Avventura | MARA | Philip Vella | Joe Julian Farrugia |
Fuq Ponot Subgħajja | Jolene Samhan | Marc Andre Dold | Leanne Ellul |
Glorja Lilek | Lapes u Nadine | Claude Agius, Nadine Chircop, u Edward Abela | Claude Agius u Nadine Chircop |
Ħej Siri | Marija Bellia | Marija Bellia, Iona Dalli, u Peter Borg | Marija Bellia |
Id f'Id | Keith Zammit Mintoff | Matthew James u Paula Zammit Mintoff | Matthew James, u Keith Zammit Mintoff |
Indur Għalik | Lara & The Jukeboys | Lara Privitera, Gianluca Privitera, Jean Luc Camilleri, Antonio Borg u Matthew James | Lara Privitera, Gianluca Privitera, Jean Luc Camilleri, Antonio Borg, u Matthew James |
Int u Jien | Kevin Paul | Kevin Paul Calleja, Edward Abela, u Matthew James | Kevin Paul Calleja, Edward Abela, u Matthew James |
Jekk Forsi | Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri | Mark Spiteri Lucas | Emil Calleja Bayliss |
L-Aħħar Jum | Nathan Psaila | Cyprian Cassar | Lon Kirkop |
Lilek Sibt | Kristy Spiteri | Philip Vella | Joe Julian Farrugia |
Nifs | ATT | Philip Vella | Philip Vella |
Niftakarna | Daniel Cauchi | Daniel Cauchi, Chris Gatt, u Robert Spiteri | Michael Spagnol |
Nistaqsi | Jasmine Abela | Glen Vella | Philip Vella |
Poeżija Mingħajr Tmiem | The Travellers | Andrew Vella | Andrew Vella |
Sensazzjoni | Jessica ft. J Joy | Glen Vella | Philip Vella |
Twarrabnix | Nicola Vella u Mark Tonna | Ray Agius | Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber |
Għal aktar informazzjoni żur www.muzikamuzika.mt
Ritratti fil-filmat: Marija Grech





Comments