top of page

L-Ewwel Jien

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • Mar 18, 2021
  • 1 min read

Updated: Mar 20, 2021

Kantanti – Kantera

Kompożitur – Elton Zarb

Awtur – Joe Julian Farrugia


Il-bniedem għandu ħabta kera li dejjem jiġbed lejħ innifsu. Il-kanzunetta ta’ Kantera turi l-egoiżmu tal-bniedem u kemm hu kreatura qerrieda; tant li qed jaffetwa l-kreaturi l-oħra tad-dinja li jgħixu flimkien f’armonija assoluta.

Waqt din il-kanzunetta, Kantera jużaw diversi strumenti tradizzjonali billi jamalgamaw il-folk mal-kontemporanju. Element li jagħmel din il-kanzunetta unika għall-aħħar.


L-istrumenti li jagħmlu parti minn din il-kanzunetta huma l-piano-accordion, it-tastiera, is-sassofonu (li għandu parti prominenti fil-bidu u tul il-kanzunetta u li joffri ħoss distint mill-isbaħ), l-arjofonu, il-mandolina, il-flejguta u ż-żafżafa, fost oħrajn! Ta’ min jinnota wkoll li l-lirika, li tidher fil-viżwal, hija bbażata fuq qwiel Maltin.


Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.


Ritratti: Elisa von Brockdorff






Comments


bottom of page