top of page

Finali - Fuq! | MARA

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • Mar 29
  • 1 min read

Artisti: MARA | Kompożitur: Philip Vella | Awtur: Joe Julian Farrugia


“Popli ta’ kullimkien,

dawk imbiegħda, dawk ġirien. 

Issa l-aħjar mument

għal żifna waħda lkoll flimkien. 

Fl-imħabba biss is-sliem.”



Dwar il-Kanzunetta: 


Ix-xemx tal-għodwa titla’ għal kulħadd b’tama ġdida ta’ ħelsien u għaqda bejn il-ġnus. Ma titlax xemx biex tifred bejn kuluri, lingwi u twemmin imma tisbaħ biex flimkien inxerrdu l-għaqda u l-imħabba bejn il-bnedmin kollha. L-umanità nistgħu niċċelebrawha biss billi bħalma titla’ x-xemx: ngħollu idejna ’l fuq, nies minn kull art, u niżfnu ż-żifna tal-imħabba. Ngħidu le għall-gwerra u nfasslu ġejjieni sabiħ ta’ sliem u kuntentizza. Jiġri x’jiġri ma nwaħħlu qatt f’xulxin u ma nużawx id-differenzi biex ninfirdu imma biex niċċelebraw ġmiel il-fraternità bla fruntieri, bla armi, imma bl-imħabba bejn kulħadd. Idejna ngħollu ’l fuq fil-libertà, vuċi waħda fl-armonija!



Ritratti - Anaca Photography




Comments


bottom of page