top of page
Finali - Perfett | Pamela Bezzina
Author
Mużika Mużika

Published
29/03/25
Min Read
1
Artista: Pamela Bezzina | Kompożitriċi: Pamela Bezzina | Awtriċi: Pamela Bezzina
“Tajtni idek għal kull wens.
Urejtni oċean immens.
Għax ħabbejtni hekk kif jien,
b’dak li jien, b’kull imperfezzjoni.”

Dwar il-Kanzunetta:
Il-kanzunetta ‘Perfett’ hija riflessjoni onesta ta’ relazzjoni sabiħa ta’ mħabba –– fejn żewġ persuni jistgħu jkunu perfetti għal xulxin anke bl-imperfezzjonijiet tagħhom. Hija rakkont personali ħafna dwar kif min iħobb, ma jiddejjaqx jistenna; min iħobb, jagħti kollox bla ma jippretendi lura; min iħobb, jibqa’ hemm f’kull sitwazzjoni tal-ħajja.
Ritratti - Anaca Photography
Kategoriji
bottom of page










