Finali - Stajna Konna Aħna | Jamie Cardona
- Mużika Mużika
- Mar 29
- 1 min read
Artist: Jamie Cardona | Kompożituri: Jamie Cardona, Aleandro Spiteri Monsigneur, u Shaun Farrugia | Awturi: Jamie Cardona u Aleandro Spiteri Monsigneur
“F’dinja oħra forsi daqsxejn
differenti l-kanzunetta,
b’vers ftit isbaħ ħalli
malli tisma’ tkun aktar kuntenta.”

Dwar il-Kanzunetta:
‘Stajna Konna Aħna’ hija kanzunetta li nkitbet fi żmien qasir bejn tlett iħbieb li għalkemm dejjem moħħhom fiż-żufjett, kultant iħobbu jieqfu ftit, jisserjaw, u jesprimu ruħhom–– dejjem b’tazza f’idhom. Din id-darba, minflok esprimewha madwar mejda, esprimewha f’din id-diska.
Ritratti - Anaca Photography
Comments