top of page
Finali 2026 - Indur Għalik
Author
Mużika Mużika

Published
21/03/26
Min Read
1
Artisti: Lara & The Jukeboys | Kompożituri: Lara & The Jukeboys u Matthew James | Awturi: Lara & The Jukeboys u Matthew James
"Inti f’qalbi,
Iżżomm mar-ritmu m’iniex waħdi
mat-taħbit, iżżeffinni u ddawarni
Nara d-dinja ta’ madwarna
bl-isbaħ ġmiel meta ħdejja tkun"

Dwar il-Kanzunetta:
‘Indur Għalik' hija kanzunetta li tiċċelebra dawk ir-relazzjonijiet li jagħtu kulur lill-ħajja. Il-kanzunetta titkellem fuq dik il persuna li ddur għaliha f’mumenti sbieħ kif ukoll dik il-persuna li tkun raġġ ta’ dawl f’mumenti diffiċli. Meta wieħed isib lil xi ħadd ma' min jista’ jaqsam dawn il-mumenti, il-ħajja tieħu tifsira differenti, u l-kanzunetta tiċċelebra dan.
Ritratti - Elisa von Brockdorff
Kategoriji
bottom of page










