Klassiċi - Sakemm
- Mużika Mużika
- Mar 28
- 1 min read

Interpretazzjoni – Ryan Hili u Catherine Vigar | Kompożitur – Dominic Galea | Awtur – Doreen Galea
Ryan Hili jingħaqad ma’ Catherine Vigar għal interpretazzjoni tal-kanzunetta Sakemm. Din il-kanzunetta ġiet ippreżentata għall-ewwel darba waqt il-Festival tal-Kanzunetta Maltija tal-1983 b’kompożizzjoni ta’ Dominic Galea u lirika ta’ Doreen Galea. Sakemm, ġiet interpretata wkoll ġol-Bratislavská lýra Song Festival fl-istess sena, fejn ikklassifikat fit-tielet post. F’din il-kanzunetta f’forma ta’ ballata mużikali, il-persunaġġ jitkellem fuq l-ewwel mumenti ta’ imħabba ġdida. Il-kanzunetta tenfasizza fuq il-punt fejn l-emozzjonijiet intensi li jitqanqlu fil-bidu ta’ relazzjoni romantika. Il-persunaġġ, li fil-bidu huwa xettiku, jinħakem mill-furur tal-emozzjoni tal-imħabba bikrija u jibda jimmaġina ħajja twila ma’ din l-imħabba ġdida. Catherine Vigar, qed tingħaqad ma’ Ryan Hili b’interpretazzjoni ta’ din il-kanzunetta fuq arranġament ta’ Dominic Galea u Aleandro Spiteri Monsigneur.
Isma' l-kanzunetta oriġinali hawn:
L-interpretazzjonijiet artisitiċi tal-kanzunetti f’din il-blog suġġettivi, u jirriflettu riflessjonijiet letterarji tal-kittieb ta’ din is-sezzjoni tal-blog.
Comments