Klassiċi - Rajt Raġel
- Mużika Mużika
- Mar 28
- 1 min read

Interpretazzjoni – Hannah u The New Victorians | Kompożitur – Charles Camilleri | Awtur – Joe Friggieri
Din il-kanzunetta oriġinarjament ġiet interpretata minn Mary Rose Mallia bi kliem ta’ Joe Friġġieri u l-mużika ta’ Charles Camilleri. F’din id-diska li oriġinarjament kienet ikkumplimentata minn kitarra akustika, il-persunaġġ jitkellem dwar kif josserva raġel għajjien hu u jġorr ġebla fuq telgħa. Il-persunaġġ josservah ibati hu u tiela’ t-telgħa, jixrob minn nixxiegħa ta’ ilma u jirrifletti fuq it-tbatija tal-ħajja. Rajt Raġel, qed tiġi interpretata minn Hannah flimkien ma’ The New Victorians, fuq arranġament mużikali ta’ Bettina Muchmore.
Isma' l-kanzunetta oriġinali hawn:
L-interpretazzjonijiet artisitiċi tal-kanzunetti f’din il-blog suġġettivi, u jirriflettu riflessjonijiet letterarji tal-kittieb ta’ din is-sezzjoni tal-blog.
Comments