top of page

Klassiċi - Melodija ta’ Ħajti

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • Mar 28
  • 1 min read

Ritratt - Elisa Von Brockdroff
Ritratt - Elisa Von Brockdroff

Interpretazzjoni – Jasmine Abela u Annalise Sciberras | Kompożitur – Ray Agius | Awtur – Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber



Melodija ta’ Ħajti hija kanzunetta b’kompożizzjoni ta’ Ray Agius u kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber, oriġinarjament interpretata minn Annalise Sciberras.  Magħrufa l-aktar minħabba s-serje mużikali DREAMS li kienet popolari fuq l-istazzjon tal-PBS, il-lirika ta’ din il-kanzunetta mqanqla ferm hija waħda li tista’ toħodha kemm bħala allegorija (metafora twila) jew fuq livell literali. Matul il-kanzunetta, il-kantanta tgħidilna dwar l-imħabba tagħha lejn il-'melodija', li nistgħu noħduha kemm bħala metafora għall-maħbub/a tagħha, jew bħala referenza għall-mużika li hi tuża bħala għodda biex tikkomunika l-emozzjonijiet tagħha. Annalise qed terġa’ tippreżenta din il-kanzunetta din id-darba fi dwett ma’ Jasmine Abela, b’arranġament minn Kevin Abela.  


Isma' l-kanzunetta oriġinali hawn:


L-interpretazzjonijiet artisitiċi tal-kanzunetti f’din il-blog suġġettivi, u jirriflettu riflessjonijiet letterarji tal-kittieb ta’ din is-sezzjoni tal-blog.

Comments


bottom of page