top of page

Klassiċi - L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • Mar 29
  • 1 min read

Ritratt - Elisa Von Brockdroff
Ritratt - Elisa Von Brockdroff

Interpretazzjoni – Claudia Faniello u Luisana, Nadine u Charlotte Bartolo | Kompożitur – Paula Abela | Awtur – Alfred C. Sant

 



L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel - hija lament għall-passat oriġinarjament interpretata minn New Courey, b’mużika ta’ Paul Abela u lirika ta’ Alfred C. Sant. Din id-diska tinkwadra l-aħħar bidwi li jaħdem l-għelieqi f’Wied il-Għasel, il-Mosta, u hi tiddiskrivi s-”sagħtar minn ġol-blat” u l-ulied ta’ dan il-bidwi li mhumiex ser jirtu s-sengħa tradizzjonali tal-biedja. Bħala waħda mill-aktar kanzunetti emblematiċi Maltin, din is-silta li wkoll saħansitra ġiet interpretata mill-kantant Taljan Claudio Baglioni tirrifletti Malta li qed tinbidel u qed issir aktar żviluppata. Claudia Faniello, tingħaqad ma’ wlied Sammy Bartolo - Luisana, Nadine u Charlotte għal interpretazzjoni mill-isbaħ ta’ din il-kanzunetta klassika fuq arranġament ta’ Ryan Paul Abela. 


Isma' l-kanzunetta oriġinali hawn:


L-interpretazzjonijiet artisitiċi tal-kanzunetti f’din il-blog suġġettivi, u jirriflettu riflessjonijiet letterarji tal-kittieb ta’ din is-sezzjoni tal-blog.


Comments


bottom of page