top of page

Klassiċi - It-Tfal tal-Lum

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • Mar 28
  • 1 min read

Ritratt - Elisa Von Brockdroff
Ritratt - Elisa Von Brockdroff

 

Interpretazzjoni – Lisa Gauci u Eleanor Cassar | Kompożitur – Chan Vella | Awtur – Paul Ellul

 


It-Tfal tal-Lum, hija kanzunetta oriġinarjament interpretata minn Eleanor Cassar u Glen Vella, b’lirika ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Chan Vella. Din is-silta hija kanzunetta oħra nostalġika u riflessiva fil-katalgu ta’ kanzunetti Maltin. F’din il-kanzunetta żewġ kelliema (probabbilment anzjani) jirriflettu fuq it-tfulija tagħhom. Huma u jħarsu lura, ukoll iħarsu lejn it-tfal ta’ madwarhom li ma japprezzawx il-ġid li għandhom, imqabblin mat-tfulija li esperjenzaw huma li hi ferm aktar sempliċi u li tant jgħożżu. Din il-kanzunetta nstemgħet għall-ewwel darba waqt l-Għanja tal-Poplu tas-sena 2000, meta kklassifikat fl-ewwel post. Din id-darba, din il-kanzunetta qed tiġi ppreżentata b’arranġament minn Kevin Abela u b’interpretazzjoni ta’ Lisa Gauci u Eleanor Cassar.


Isma' l-kanzunetta oriġinali hawn:


L-interpretazzjonijiet artisitiċi tal-kanzunetti f’din il-blog suġġettivi, u jirriflettu riflessjonijiet letterarji tal-kittieb ta’ din is-sezzjoni tal-blog.

Comments


bottom of page