Klassiċi - Imħabba f’Kemmuna
- Mużika Mużika
- Mar 28
- 1 min read

Interpretazzjoni – Jamie Cardona u Frank O’Neill | Kompożitur – Frank O’Neill | Awtur – Frank O’Neill
Imħabba f’Kemmuna, hija kanzunetta oriġinarjament interpretata minn Tony Camilleri, magħruf aħjar bħala l-Għannej, b’kitba u mużika ta’ Frank O’Neill. Is-sħana tas-sajf, il-ħoss tal-baħar iraxxex fuq il-bajjiet Maltin. Imħabba f’Kemmuna hija silta sajfija li tfakkarna f’dik l-ewwel imħabba innoċenti taż-żgħożija. Magħmula minn melodija sempliċi imma effettiva, din il-kanzunetta hija ġojjell tal-mużika Maltija. Din id-darba, din il-kanzunetta qed tiġi interpretata minn Frank O’Neill stess, flimkien ma’ Jamie Cardona, b’arranġament ta’ Aleandro Spiteri Monsigneur.
Isma' l-kanzunetta oriġinali hawn:
L-interpretazzjonijiet artisitiċi tal-kanzunetti f’din il-blog suġġettivi, u jirriflettu riflessjonijiet letterarji tal-kittieb ta’ din is-sezzjoni tal-blog.
Comentarii