top of page

Klassiċi - Il-Kaċċatur

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • Mar 28
  • 1 min read

Ritratt - Elisa Von Brockdroff
Ritratt - Elisa Von Brockdroff

 

Interpretazzjoni – Daniel Cauchi u Augusto Cardinali | Kompożitur – Joseph Ciappara | Awtur – Dr George Zammit



Kanzunetta li tiddeskrivi t-tradizzjoni tal-kaċċa, li oriġinarjament kienet interpretata minn Joe Grech, fuq mużika ta’ Joseph Ciappara u lirika ta’ Dr George Zammit. L-istaġun tal-kaċċa, il-gamiem, is-summien u l-kaċċatur. Din il-kanzunetta allegruża titkellem fuq storja ħelwa ta’ kaċċatur li jkun qiegħed fil-kampanja waqt li qed ibexbex. Il-kaċċatur jispara u jaħseb li jkun qabad xi titjira priża. Minflok, insiru nafu li dan il-kaċċatur ikun laqat ħmara. Il-Kaċċatur, qed tiġi interpretata minn Daniel Cauchi flimkien ma’ Augusto Cardinali, fuq arranġament mużikali ta’ Daniel Cauchi stess. 


Isma' l-kanzunetta oriġinali hawn:


L-interpretazzjonijiet artisitiċi tal-kanzunetti f’din il-blog suġġettivi, u jirriflettu riflessjonijiet letterarji tal-kittieb ta’ din is-sezzjoni tal-blog.

Comments


bottom of page