Klassiċi - Għax Għadni Nħobbok
- Mużika Mużika
- Mar 28
- 1 min read

Interpretazzjoni – Janvil u Leontine | Kompożitur – Enzo Gusman | Awtur – Enzo Gusman
Janvil u Leontine jinterpretaw il-kanzunetta Għax Għadni Nħobbok, fuq arranġament ta’ Joe Brown. Din il-kanzunetta, li oriġinarjament ġiet interpretata, miktuba u mmużikata mill-mibki Enzo Gusman, instemgħet għall-ewwel darba waqt il-Festival tal-Kanzunetta Maltija fl-1991 b’akkumpanjament mill-grupp Starlights & Friends. Mibnija fuq ritmi mżiffna, il-kanzunetta tinterpreta memorja li ħafna minna nħaddnu: dik l-ewwel ħarsa f’xi post tad-divertiment bejn żewġ stranġieri li tqanqal emozzjonijiet qawwijin. F’din is-silta, il-persunaġġ jirrifletti fuq dan il-mument tant prezzjuż, u hu jirrifletti u jesprimi l-imħabba dejjiema lejn il-persuna li jħobb toħroġ in-nostalġija. Din il-kanzunetta għandha wkoll verżjoni bil-lingwa Ingliża, bl-isem ta’ Cause I Still Love You.
Isma' l-kanzunetta oriġinali hawn:
L-interpretazzjonijiet artisitiċi tal-kanzunetti f’din il-blog suġġettivi, u jirriflettu riflessjonijiet letterarji tal-kittieb ta’ din is-sezzjoni tal-blog.
Comments