top of page

Klassiċi - Filgħodu Kmieni

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • Mar 28
  • 1 min read

Ritratt - Elisa Von Brockdroff
Ritratt - Elisa Von Brockdroff

 

Interpretazzjoni – Marilyn Aquilina u Joe Carr | Kompożitur – John B. Dougal | Awtur – John B. Dougal



Marilyn Aquilina tingħaqad ma’ Joe Carr f’interpretazzjoni tal-kanzunetta Filgħodu Kmieni, b’arranġament ta’ Aleandro Spiteri Monsigneur. It-tokki tal-arloġġ kmieni filgħodu u s-serduq jidden. Il-lirika ta’ din il-kanzunetta ferrieħija jispjegawlna storja li kollha kemm aħna nafuha: tal-ewwel mumenti ta’ filgħodu fejn inqumu, u bil-mod il-mod nibdew il-ġurnata. Matul is-silta, il-persunaġġ jiddeskrivilna l-attività varjata li josserva mit-tieqa ta’ daru: l-għajjat tal-bejjegħa tas-suq. Minn tal-ħobż sa tal-ħut, din il-kanzunetta nostalġika tagħtina kwadri tal-ħajja fil-villaġġi Maltin. Din il-kanzunetta kienet oriġinarjament miktuba u mmużikata minn John B. Dougal u interpretata minn Ralph Dougal flimkien ma’ The X-Bones u l-kor Qoton fis-70ijiet.


Isma' l-kanzunetta oriġinali hawn:


L-interpretazzjonijiet artisitiċi tal-kanzunetti f’din il-blog suġġettivi, u jirriflettu riflessjonijiet letterarji tal-kittieb ta’ din is-sezzjoni tal-blog.

コメント


bottom of page