top of page

Klassiċi - Ħajjitna

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • Mar 28
  • 1 min read

Ritratt - Elisa Von Brockdroff
Ritratt - Elisa Von Brockdroff

Interpretazzjoni – Gaia u Klinsmann | Kompożitur – Paul Abela | Awtur – Joe Chircop

Ħajjitna hija kanzunetta miktuba minn Joe Chircop, b'mużika ta' Paul Abela, li oriġinarjament ġiet interpretata minn Klinsmann waqt l-Indifest tal-2011 u tal-2012. Il-ħajja hija waħda li hija mfassla minn għadd ta’ tlugħ u nżul. F’din il-kanzunetta, il-kelliem jindirizza lil persuna għaddejja minn żmien diffiċli fil-ħajja. Din is-silta sservi bħala motivazzjoni għal nies li huma għaddejjin minn perjodi ħżiena biex ibiddlu l-perspettiva tagħhom dwar il-ħajja. Din id-darba, Klinsmann qed jerġa' jinterpreta din il-kanzunetta ma’ Gaia, b’arranġament mużikali ta’ Ryan Paul Abela.


Isma' l-kanzunetta oriġinali hawn:


L-interpretazzjonijiet artisitiċi tal-kanzunetti f’din il-blog suġġettivi, u jirriflettu riflessjonijiet letterarji tal-kittieb ta’ din is-sezzjoni tal-blog.

Comments


bottom of page