top of page

Klassiċi - Ġenna tal-Art

  • Writer: Mużika Mużika
    Mużika Mużika
  • Mar 28
  • 1 min read

Ritratt - Elisa Von Brockdroff
Ritratt - Elisa Von Brockdroff

Interpretazzjoni – Kapitlu Tlettax, Liston u Ema, u Federica Falzon | Kompożitur – Freddie Portelli | Awtur – Freddie Portelli



 Il-kanzunetta Ġenna tal-Art hija oriġinarjament interpretata, immużikata u miktuba minn Freddie Portelli – li huwa magħruf bħala r-Re tar-Rock ‘N’ Roll ta’ Malta. F’din id-diska naraw li l-lirika hija kkumplimentata b’melodija mmovimentata għall-aħħar. Il-persunaġġ iħares lejn persuna li għandu grazzja magħha u jgħidilna dwar il-fissazzjoni li għandhu fuqha. Hu u jiddiskriviha, isemmi li din il-persuna tgħollieh sas-seba’ sema’, tant li jistħajjel li qed irabbi l-ġwienaħ u qed itir. Waqt Mużika Mużika, din il-kanzunetta qed nisimgħuha b’mod differenti permezz tal-element tar-Rap, b’arranġament mużikali minn Joe Brown u interpretazzjoni minn Kapitlu Tlettax, Liston u Ema, flimkien ma’ Federica Falzon.


Isma' l-kanzunetta oriġinali hawn:


L-interpretazzjonijiet artisitiċi tal-kanzunetti f’din il-blog suġġettivi, u jirriflettu riflessjonijiet letterarji tal-kittieb ta’ din is-sezzjoni tal-blog.

コメント


bottom of page