Finali - Għadna Ngħoddu | Daniel Cauchi
- Mużika Mużika
- Mar 29
- 1 min read
Artist: Daniel Cauchi | Kompożitur: Daniel Cauchi | Awtur: Michael Spagnol
“U l-iljieli għad ngħadduhom
ngħoddu d-daħk minn fuq xufftejna,
f’nofs għajnejna.
Ngħoddu n-nemex qed jixxemmex
minn fuq dahar li smar bis-sajf.”

Dwar il-Kanzunetta:
Bejn sema u baħar, bejn il-logħob moħħ ir-riħ u t-tħassib ta’ ġixt itfal li laħqu kibru, bejn iċ-ċertezza tal-issa u d-dubju tal-imbagħad, jiżvolġi djalogu bejn tnejn daqskemm monologu, bejnna u bejn ruħna. Il-mistoqsijiet bla tweġiba jissarrfu f’taħbit il-qalb. L-att tal-għadd isir ritwal: li ngħożżu kull mument – ġej, għadda, għaddej – għax nafu li xejn mhu għal dejjem.
Ritratti - Anaca Photography
Comments