Finali - Aħjar | Lisa Gauci
- Mużika Mużika
- Mar 29
- 1 min read
Artista: Lisa Gauci | Kompożitur: Philip Vella | Awtur: Emil Calleja Bayliss
“Nixtieq li nkun aħjar,
għax ma niflaħx li nkun agħar,
ma nafx x’seħħ … ma nafx x’sar
imma l-ħolm li kelli donnu tar.”

Dwar il-Kanzunetta:
Meta fil-ħajja tgħaddi minn ċerti esperjenzi tirrealizza li biex tikber, timmatura u tkun kuntent b’min vera int, dejjem għandek tfittex li tkun aħjar. Titgħallem mill-esperjenzi tal-passat, minn dawk pożittivi u dawk negattivi, u timxi 'l quddiem. Is-saħħa mentali tiegħek trid tagħmilha prijorità u m’għandekx tibża’ tpoġġi lilek innifsek l-ewwel u qabel kollox, għax b’hekk biss int tkun tista’ tkun aħjar.
Ritratti - Anaca Photography
Comments