Finali - Ġenna Fl-Art | Cliff Zammit Stevens
- Mużika Mużika
- Mar 29
- 1 min read
Artist: Cliff Zammit Stevens| Kompożitur: Philip Vella | Awtur: Joe Julian Farrugia
“Bħal ġenna fl-art ninsab imqanqal bl-emozzjoni
f’dawn il-mumenti meta fommi ma jsibx kliem,
għax bik hawn ħdejja … rebbiħin f’kull sitwazzjoni,
għal dejjem int u jien ingawdu l-isbaħ jiem …”

Dwar il-Kanzunetta:
F'kull aspett tal-ħajja, il-qalb tistrieħ fik bħalma tistrieħ fil-mużika. Hija emozzjoni li diffiċli tesprimiha bil-kliem. Bik ħdejja, bħall-mużika nħossni f’ġenna tal-art u rebbieħ dejjem. Wegħedni li fil-ġejjien ma tħallinix, jiġri x’jiġri fil-ħajja ibqa’ dejjem qribi. Ħallini ingawdi l-isbaħ jiem sakemm hemm int u sakemm nista’ ngawdi wkoll lill-mużika. Bik u bil-mużika x’jonqosni iktar? Għalija intom ‘Ġenna fl-Art’.
Ritratti - Anaca Photography
תגובות